1“La taqlax xniegħa giddieba; la tagħtix idek lil bniedem ħażin biex tixhed bil-qerq.
4“Jekk int issib il-gendus jew il-ħmar mitluf ta’ min jobogħdok, roddhulu lura.
9“Taħqarx il-barrani; int taf xi jħoss il-barrani, għax barrani int kont fl-art tal-Eġittu.
Is-seba’ sena u l-festa.19“Int iġġib il-bikri tal-frott tal-art tiegħek f’dar il-Mulej Alla tiegħek. La tgħallix il-gidi f’ħalib ommu.L-anġlu protettur
20“Arani, se nibgħat anġlu quddiemek biex iħarsek fit-triq u jwasslek fil-post li jien ħejjejtlek..Eż 20,5; 34,13; Lev 18,3; Num 33,52; Dt 7,5; 12,3.
25U intom tqimu l-Mulej, Alla tagħkom, u hu jbierek il-ħobż u l-ilma tiegħek; u nwarrab il-mard minn nofsok.
26Ma jkunx hemm f’nofsok mara bla tfal, jew li tiled qabel iż-żmien.Lev 26,9; Dt 7,14; 28,4; 30,9.
27Il-biża’ tiegħi nibgħat quddiemek; u nħawwad in-nies, li int tasal għandhom; u nġiegħel l-għedewwa tiegħek idawru daharhom lejk.Dt 2,25; 7,20-22; Ġoż 24,12; Għerf 12,8.
28Jien nibgħat iż-żnażan quddiemek, u jkeċċu l-Ħiwwin, il-Kangħanin u l-Ħittin minn quddiemek.
29Ma nkeċċihomx minn quddiemek f’sena, inkella l-art issir ħerba u l-bhejjem tax-xagħri joktru kontra tiegħek.
30Bil-ftit il-ftit inkeċċihom minn quddiemek, sakemm int toktor u tkun tista’ tieħu l-art f’idejk.Dt 7,22; Mħ 2,6.
31U l-fruntieri tiegħek nagħmilhomlok minn Baħar il-Qasab sal-baħar tal-Filistin, u mid-deżert sax-xmara tal-Ewfrat; għax jien nitlaq in-nies tal-art f’idejk, u int tkeċċihom minn quddiemek.Ġen 15,18; Dt 11,24; Ġoż 1,4; Mħ 20.
32Ma tagħmel ebda patt magħhom, u anqas ma’ allathom.Eż 34,12-16; Dt 7,2-3.
33Ma għandhomx jgħammru fl-art tiegħek, li ma tmurx titħajjar tidneb kontrija u tqim l-allat tagħhom, għax ikun ta’ ħsara għalik.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.