LEVITIKU 10 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 10Nadab u Abiħu kkastigati

1Ulied Aron, Nadab u Abiħu, ħadu ċensier kull wieħed, kebbsu n-nar u xeħtu fih l-inċens, u offrewh quddiem il-Mulej, nar profan li l-Mulej ma kienx ordnalhom.

3U Mosè qal lil Aron: “Dan hu kliem il-Mulej meta tkellem u qal: Jien nuri qdusiti f’min joqrob lejja; u rrid nitweġġaħ quddiem il-poplu kollu.” U Aron baqa’ mbikkem.

4Mosè sejjaħ lil Misael u lil Elsafan, ulied Għużżijel, iz-ziju ta’ Aron, u qalilhom: “Ersqu ’l hawn u ħudu lill-kuġini tagħkom minn quddiem il-post qaddis ’il barra mill-kamp.”

5U resqu u ħaduhom bit-tonok b’kollox ’il barra mill-kamp kif qalilhom Mosè.

6Imbagħad Mosè qal lil Aron u lil Elgħażar u lil Itamar, uliedu: “La tħabblux xagħar raskom, la ċċarrtux ħwejjiġkom, li ma tmutux u tiġbdu l-korla fuq il-ġemgħa kollha. Imma nieskom u l-poplu kollu ta’ Iżrael jistgħu jagħmlu l-vistu għall-qerda bin-nar li għamel il-Mulej.

12U Mosè kellem lil Aron, u lil uliedu li kienu baqgħu, Elgħażar u Itamar: “Ħudu l-offerta tal-qmuħ li baqa’ mis-sagrifiċċju tal-ħruq lill-Mulej u kuluha bla ħmira ħdejn l-artal, għax ħaġa mill-aktar qaddisa hi.Lev 6,9-16.

13Kuluha f’post imqaddes, għax bi dritt tmiss lilek, u lil uliedek, minn kull offerta maħruqa lill-Mulej, għax jien hekk kont ikkmandat.

14Għandkom tieklu wkoll f’post qaddis is-sidra mxejra u s-sieq merfugħa b’offerta, int u wliedek subien u bniet, għax imissu lilek u lil uliedek bi dritt fuq kull sagrifiċċju tas-sliem ta’ wlied Iżrael.Lev 7,34.

15Is-sieq merfugħa u s-sidra mxejra b’offerta u x-xaħam għall-ħruq, iġibuhom biex ixejruhom quddiem il-Mulej, u mbagħad jibqgħu għalik u għal uliedek bi dritt għal dejjem skont ma ordna l-Mulej.”

16U Mosè fittex sewwa, u sab li l-bodbod tal-purifikazzjoni kien maħruq. Inkorla għal Elgħażar u għal Itamar, ulied Aron li kienu baqgħu, u qalilhom:Lev 9,15.

17“Għaliex ma kiltux il-vittma tal-purifikazzjoni fil-post imqaddes? Din hi ħaġa mill-aktar qaddisa, mogħtija lilkom biex titgħabba bil-ħtijiet tal-ġemgħa b’espjazzjoni għalihom quddiem il-Mulej.Lev 6,18-19.

18Ara, demmha ma nġibuhx ’il ġewwa nett fis-santwarju; kellkom tikluha fil-post qaddis, bħalma ordnajtilkom jien.”

19Aron imbagħad qal lil Mosè: “Ara, illum offrew is-sagrifiċċju tal-purifikazzjoni u s-sagrifiċċju tal-ħruq quddiem il-Mulej, u ġrali dan kollu; wara dan li ġrali, kieku llum kilt mill-vittma tal-purifikazzjoni, jaqaw kien dan sa jogħġob lill-Mulej?”

20U meta Mosè sama’ dan kollu, deherlu li kien kollox sewwa.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help