ĠOB 32 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 32Jindaħal Eliħu bejn Ġob u ħbiebu

1Imbagħad dawk it-tlitt irġiel ma weġbuhx iżjed għax hu baqa’ jżomm ruħu b’ġust.

2Hawn xegħlet il-korla ta’ Eliħu bin Barakel, il-Bużi, mill-familja ta’ Ram. Inkorla għal Ġob għax baqa’ jżomm li għandu raġun fil-kawża tiegħu ma’ Alla;

8Iżda hu l-ispirtu fil-bniedem,

nifs Xaddaj li jagħti d-dehen,

9u mhux għax xjuħ il-bnedmin jifhmu,

lanqas għax anzjani ma jafu x’inhu s-sewwa.

10Għalhekk ngħid: ‘Isimgħu lili,

jien ukoll irrid nuri fehemti.’

11Ara qgħadt b’sabri nismagħkom titkellmu,

u niżen ir-raġunijiet li ġġibu;

intom u tagħżlu l-argumenti tagħkom

12ħsiebi kien wieqaf fuqkom.

Iżda ma sibtx wieħed li jmeri ’l Ġob sewwa,

ħadd minnkom ma għaraf iwaqqagħlu kliemu.

13Tiġux tgħidu: ‘Sibna l-Għerf ma’ wiċċna;

li Alla biss jista’ jegħlbu u mhux il-bniedem.’

14Għalhekk mhux b’dal-mod infassalhom l-argumenti,

mhux bi kliemkom se nwieġbu ’l Ġob.

15Arahom! tbikkmu, ma ssuktawx iwieġbu,

il-kliem naqashom.

16Se nibqa’ nistenna meta huma siktu,

meta waqfu u ma weġbux aktar?

17Le! Inwieġeb jien ukoll kif imissni,

jien ukoll irrid nuri fehemti!

18Imfawwar jien bil-kliem li għandi,

u jrossni l-ispirtu ta’ ġo fija.

19Ħdani qisu mimli b’inbid jiffermenta,

irid jinfaqa’ bħal ġarar b’inbid ġdid.

20Ikolli nitkellem ħa nsib mistrieħ,

niftaħ fommi u nwieġeb,

21bla ma nżomm ma’ xi ħadd,

bla ma mmelles ’l ebda bniedem.

22U tabilħaqq anqas naf immelles,

u għax kieku dlonk jaħtafni l-Ħallieq tiegħi.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help