TOBIT 9 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 9Rafel imur għand Gabajel

1Imbagħad Tobija sejjaħ lil Rafel u qallu:

2“Ħija Għażarija, ħu miegħek erba’ qaddejja u żewġ iġmla, u itlaq lejn Rages, u mur għand Gabajel; agħtih il-kitba u iġbor il-flus, u ġibu miegħek għat-tieġ.

3Inti taf biżżejjed, li missieri qiegħed jgħodd il-ġranet, u jekk niddawwar imqar jum wieħed biss, isewwed qalbu bis-sħiħ.

4Taf x’ħalfilna Ragħwel, u jien ma nistax nikser il-ħalfa tiegħu.”

5Rafel telaq bl-erba’ qaddejja miegħu u b’żewġ iġmla lejn Rages tal-Medja, u għadda l-lejl għand Gabajel; tah il-kitba u għarrfu b’Tobija bin Tobit li kien iżżewweġ u li stiednu għat-tieġ. Imbagħad Gabajel qabad u għaddlu l-boroż issiġillati, u ġabruhom flimkien.

6Bakkru flimkien u ġew għat-tieġ. Meta daħlu għand Ragħwel sabu lil Tobija fuq il-mejda, u dan qam bil-ġirja u mar jgħannqu; u Gabajel beda jbierku u jgħidlu bid-dmugħ f’għajnejh: “Żagħżugħ sewwa u tajjeb! Bin raġel sewwa u tajjeb, bniedem ġust u ta’ karità, jixħet il-Mulej il-barka tas-sema fuqek, fuq martek, fuq missierek u fuq omm l-għarusa tiegħek. Imbierek Alla, li rajt il-kuġin tiegħi Tobija, jixbhu daqshekk.”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help