1Dan hu l-għadd ta’ wlied Iżrael, il-kapijiet ta’ djar il-missirijiet, il-kmandanti tal-eluf u l-mijiet, u l-fizzjali li kienu jservu lis-sultan f’dak kollu li kellu x’jaqsam mat-taqsimiet tal-eżerċtu, li kienu jidħlu u joħorġu, waħda wara l-oħra, minn xahar għal xahar, matul is-sena. Kull taqsima kien fiha erbgħa u għoxrin elf ruħ.
2Fuq l-ewwel taqsima għall-ewwel xahar kien hemm Ġasobgħam bin Żabdijel. U t-taqsima tiegħu kien fiha erbgħa u għoxrin elf ruħ.
5Kmandant tat-tielet taqsima għat-tielet xahar kien Benajja bin Ġeħojada, il-qassis, bħala kap. It-taqsima tiegħu kien fiha erbgħa u għoxrin elf ruħ.
8Il-ħames, għall-ħames xahar, kien hemm il-kmandant Samħut l-Eżraħi; u fit-taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf ruħ.
9Is-sitta, għas-sitt xahar, Għira bin Għikkes it-Tekugħi; u fit-taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf ruħ.
10Is-seba’, għas-seba’ xahar, Ħeles il-Peluni, minn ulied Efrajm; u fit-taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf ruħ.
11It-tmienja, għat-tmien xahar, Sibbekaj il-Ħusati taż-Żeraħin; u fit-taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf ruħ.
12Id-disa’, għad-disa’ xahar, kien hemm Abigħeżer l-Għanatoti, mill-Benjaminin; u fit-taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf ruħ.
13L-għaxra, għall-għaxar xahar, kien hemm Maħaraj, in-Netufi, miż-Żeraħin; u fit-taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf ruħ.
14Il-ħdax, għall-ħdax-il xahar, kien hemm Banajja l-Piragħtuni, minn ulied Efrajm; u fit-taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf ruħ.
15It-tnax, għat-tnax-il xahar, kien hemm Ħeldaj, in-Netufi, minn Għotnijel; u fit-taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf ruħ.
16Dawn kienu l-kapijiet fuq it-tribujiet ta’ Iżrael: fuq ir-Rubenin kien hemm il-prinċep Eligħeżer bin Żikri; fuq is-Simgħonin, Sefatija bin Magħka;
17fuq il-Leviti, Ħasabija bin Kemuwel; u fuq nies Aron, Sadok;
18fuq Ġuda, Eliħu, minn ħut David; fuq Issakar, Għomri bin Mikiel;
19fuq Żebulun, Ismajja bin Għobadija; fuq Naftali, Ġeremot bin Għażrijel;
20fuq Efrajm, Ħosegħa bin Għażażija; fuq nofs it-tribù ta’ Manassi, Ġoel bin Pedaja;
21fuq in-nofs l-ieħor tat-tribù ta’ Manassi f’Gilgħad, Iddu bin Żakarija; fuq Benjamin, Ġagħsijel bin Abner;
22fuq Dan, Għażarel bin Ġeroħam.
Dawn kienu l-prinċpijiet tat-tribujiet ta’ Iżrael.
23Dawk li kellhom minn għoxrin sena ’l isfel David ma għaddhomx għax il-Mulej kien wiegħed li jkattar lil Iżrael bħall-kwiekeb tas-sema.
25U biex jieħu ħsieb il-ħażniet tas-sultan kien hemm Għażmawet bin Għaddijel; u Ġonatan bin Għużżija kien jieħu ħsieb il-ħażniet li kellu fir-raba’, fl-ibliet, u fl-irħula u fit-torrijiet.2 Sam 23,31.
26Għeżri bin Kelub kien jieħu ħsieb il-ħaddiema tar-raba’, li kienu jaħdmu l-art.
27U fuq l-oqsma tad-dwieli kien hemm Simgħi r-Rami; u Żabdi s-Sifmi kien jieħu ħsieb il-ħażniet tal-inbid f’dawn l-oqsma.
28U fuq l-oqsma taż-żebbuġ u tal-ġummajż fis-Sefela kien hemm Bagħal-ħanan il-Gederi; u Ġowas kien jieħu ħsieb il-ħażniet taż-żejt.
29Jieħu ħsieb il-baqar li kienu jirgħu f’Saron kien hemm Sitraj is-Saroni; u l-baqar li kienu fil-widien kien jieħu ħsiebhom Safat bin Għadlaj.
30Fuq l-iġmla kien hemm Obil l-Ismagħeli; u fuq il-ħmariet kien hemm Ġeħdeja l-Meronoti.
31Fuq l-imrieħel kien hemm Ġażiż il-Ħagri. Dawn kollha kienu jieħdu ħsieb il-ġid li kellu s-sultan David.
32Ġonatan, iz-ziju ta’ David, bniedem jilħaqlu u segretarju, kien kunsillier; u hu u Ġeħijel bin Ħakmoni kienu jieħdu ħsieb ulied is-sultan.
33U Aħitofel kien kunsillier tas-sultan u Ħusaj l-Arki kien ħabib tas-sultan.2 Sam 15,32-37; 16,16-19; 17,5-16.
34Wara Aħitofel laħaq Ġeħojada bin Banajja, u Abjatar. Il-kmandant tal-eżerċtu tas-sultan kien Ġowab.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.