1Matul il-lejl fuq soddti
jien fittixt lil dak li qalbi tħobb.
Fittixtu; ma sibtux!
2“Ħa nqum, għalhekk, u mmur indur mal-belt,
u fit-triqat u l-pjazez
noqgħod infittex il-maħbub ta’ qalbi.”
Fittixtu; ma sibtux!
3Iltaqgħu miegħi mbagħad in-nies tal-għassa,
dawk li mal-belt iduru.
Rajtuh xejn lill-maħbub ta’ qalbi?
4Bilkemm ilħaqt għaddejthom
li ma sibtx lill-maħbub ta’ qalbi.
Żammejtu, u le ma nitilqu,
qabel ma nkun daħħaltu fid-dar t’ommi,
fil-kamra wkoll ta’ dik illi nisslitni.L-għarus
5Bniet ta’ Ġerusalemm, nitlobkom b’ħerqa,
f’ġieħ l-għażżiela jew iċ-ċriev tar-raba’,
la tqajmux, le, la tqajmux l-imħabba,
qabel ma jogħġob lilha.It-tielet taqsima tal-Għanja
6X’inhuwa dan li tiela’ mid-deżert,
bħal sħaba ta’ duħħan,
mimli bir-riħa tfuħ ta’ mirra u inċens,
b’kull fwieħa tal-merkanti?
7Ara, il-lettiga, dik ta’ Salamun!
Sittin raġel qalbiena hemm madwarha,
magħżula minn fost l-aqwa ta’ Iżrael.
8Ilkoll kemm huma jħaddmuh sewwa s-sejf
imħarrġin sew fil-gwerra.
Kull wieħed minnhom għandu s-sejf fuq ġenbu,
għall-biża’ ta’ xi ħasda tul il-lejl.
9Is-sultan Salamun għalih innifsu
tron għamel mill-injam tal-Libanu.
10Tal-fidda għamilhom il-kolonni tiegħu,
id-dahar u l-ġnub tad-deheb,
is-siġġu ksieh bil-porpra,
l-isfond intarsjat bl-ebbanu ġo fih.
11Ejjew, bniet ta’ Ġerusalemm, ejjew,
araw, bniet ta’ Sijon,
is-sultan Salamun,
b’dik il-kuruna li xidditlu ommu
nhar l-għerusija tiegħu,
fil-jum tal-ferħ ta’ qalbu.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.