1U l-Mulej kellem lil Mosè fuq il-muntanja Sinaj u qallu:
2“Kellem lil ulied Iżrael u għidilhom: Meta tidħlu fl-art li jien se nagħtikom, ikollha l-art is-Sibt tagħha, il-mistrieħ tagħha f’ġieħ il-Mulej:
3sitt snin tiżra’ r-raba’ tiegħek, u sitt snin tiżbor id-dwieli tiegħek, u tiġbor il-frott tagħhom.: kull wieħed jerġa’ għal li kellu u għal ma’ niesu.
23“L-art, imbagħad, ma għandhiex tinbiegħ għal dejjem, għax l-art hi tiegħi, u intom qiskom frustieri jew qegħdin miegħi., imma jkun faddal kemm tiswa l-fidwa tagħha,
27jgħodd is-snin minn meta jkun biegħ, u jrodd il-bqija lil min ikun biegħ, u jerġa’ għall-proprjetà tiegħu.
28Imma jekk ma jkollux biżżejjed biex iroddlu, l-art mibjugħa tibqa’ għand ix-xerrej sas-sena tal-ġublew, u meta jibda l-ġublew, il-bejjiegħ jerġa’ jieħu l-proprjetà tiegħu.
29“Meta xi ħadd ibigħ dar abitabbli f’belt bis-swar, jibqagħlu d-dritt tal-fidwa sa tmiem is-sena, minn mindu jkun biegħ; u jkollu żmien sena biex jifdiha.
30U jekk id-dar ma tinfediex qabel ma tintemm is-sena sħiħa, id-dar li tkun f’belt bis-swar tibqa’ għal dejjem għand ix-xerrej u għal ta’ warajh, u ma toħroġx ħielsa fil-ġublew.
31Id-djar li jkunu fl-irħula miftuħa bla swar madwarhom, jitqiesu bħar-raba’ tal-art; ikollhom fuqhom id-dritt tal-fidwa u fil-ġublew joħorġu ħielsa.
32“Imma l-ibliet tal-Leviti, u d-djar li jkollhom fihom, jibqgħalhom dejjem fuqhom id-dritt tal-fidwa.
39“Jekk jiftaqar ħuk miegħek u jkollu jinbiegħ lilek, la tħaddmux xogħol ta’ lsir.
55“Għaliex ulied Iżrael huma lsiera tiegħi, ilsiera li jien ħriġt mill-art tal-Eġittu. Jiena l-Mulej Alla tagħkom.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.