MĦALLFIN Ħarsa ħafifa lejn il-ktieb - Maltese Bible with DC
Ħarsa ħafifa lejn il-ktiebIl-ktieb tal-Imħallfin jirrakkontalna li l-Iżraelin ċaħdu lil Alla kemm-il darba u daru lejn l-idoli. Kull darba li għamlu hekk, il-Mulej ikkastigahom billi ħalla lil ġnus oħra jattakkawhom u jegħlbuhom.Meta kienu jħossuhom imgħaffġa, kienu jerġgħu jduru lejn Alla u jitolbuh l-għajnuna. Il-Mulej kien jagħżel nies minn fosthom, irġiel jew nisa, u jaħtarhom mexxejja, imsejħin Imħallfin. Sakemm kellhom l-Imħallfin, l-Iżraelin kienu jgħixu fil-kwiet u skont il-Liġi ta’ Mosè. Iżda mal-mewt tal-Imħallef, spiss kienu jerġgħu jaqgħu fid-diżubbidjenza lejn Alla.Hekk kienet għaddejja l-ħajja ta’ Ulied Iżrael.Xi wħud mill-Imħallfin kienu jmexxu l-ġens kollu, imma ġeneralment l-imħallef kien jieħu ħsieb u jmexxi xi ftit tribujiet. Tajjeb li nsemmu li f’dak iż-żmien, l-Iżraelin ma kinux iħarsu lejhom infushom bħala nazzjon sħiħ. Kienu numru ta’ tribujiet, magħżulin mill-popli l-oħra minħabba l-Patt. Huma kellhom jidraw jaduraw Alla wieħed li kien għażilhom minn fost popli oħra. Kienet id-drawwa normali f’dawk iż-żminijiet li kull individwu jew tribù jkollu l-allat differenti tiegħu.Kull darba li nfirdu minn Alla, Hu kien jikkastigahom. Imbagħad, permezz ta’ messaġġi ta’ tama u ħniena, jgħinhom iduru lura lejh u jaħfrilhom. Il-ktieb jirrakkonta wkoll dwar xi ġlied u inkwiet bejn it-tribujiet differenti.F’dak iż-żmien ma kienx hemm sultan f’Iżrael, u kulħadd kien jagħmel li jogħġbu (21,25).It-taqsim tal-ktiebDak li ġara sal-mewt ta’ Ġożwè (1,1—2,10)L-Imħallfin ta’ Iżrael (2,11—16,31)Ġrajjiet diversi (17,1—21,25)