LEVITIKU 5 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 5Sagrifiċċji oħra

1“Wieħed li jkun imġiegħel jaħlef bħala xhud, u ma jgħidx dak li ra jew li jkun jaf, jidneb u jpatti għal dnubu.

5“Kull meta xi ħadd ikun ħati ta’ waħda minn dawn il-ħwejjeġ, jistqarr fiex dineb;Is-sagrifiċċji tar-riparazzjoni

14Il-Mulej kellem lil Mosè u qallu: muntun bla difett mill-merħla, li jkun jiswa b’kemm-il xekel tal-fidda tistmah int, skont ix-xekel tas-santwarju. Din hi offerta tal-purifikazzjoni.

17“Jekk xi ħadd jaqa’ fid-dnub, u jagħmel xi ħaġa minn dak li l-Mulej ordna li ma għandkomx tagħmlu, bla ma jintebaħ, għandu jpatti u jħallas għal dnubu.Lev 4,2.

18Iġib lill-qassis muntun bla difett mill-merħla, li jkun jiswa skont ma tistmah int, bħala offerta għar-riparazzjoni, u l-qassis jagħmel l-espjazzjoni għal dak li jkun għamel id-dnub bla ma jrid u ma ntebaħx, u hekk jaqlagħlu l-maħfra.

19Din hi offerta ta’ riparazzjoni; għax kien ħati tassew ta’ dnub quddiem il-Mulej.”

20U l-Mulej kellem lil Mosè u qallu:

21“Jekk xi ħadd jidneb u jonqos lill-Mulej billi jiċħad lil għajru xi oġġett merfugħ, mirhun jew misruq, jew iqarraq bih b’mod jew ieħor,Eż 22,6-14.

22jew inkella jsib xi oġġett mitluf, u jiċħdu minnu, jew jaħlef fil-falz f’xi ħaġa minn kulma jista’ jidneb biha,Eż 23,1-2.

23jekk jagħmel dan, jidneb u jkun ħati. U għandu jrodd l-oġġett li jkun seraq jew kiseb bil-qerq, jew li kien merfugħ għandu, jew mitluf u sabu hu,

24u kull ħaġa li jkun ħalef fil-falz għaliha; għandu jroddu kollu kemm hu, u jżid miegħu waħda mill-ħamsa ta’ kemm tkun stmajtu, u jagħtih lil sidu dak in-nhar li joffri l-offerta tar-riparazzjoni.Lev 5,16.

25U jġib għand il-qassis, bħala offerta tar-riparazzjoni lill-Mulej, muntun bla difett mill-merħla, skont ma tistmah int għar-riparazzjoni,2 Slat 12,17.

26u l-qassis jagħmel l-espjazzjoni għalih quddiem il-Mulej, u jinħafirlu kulma jkun għamel u sar ħati minħabba fih.”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help