SALMI 54 - Maltese Bible with DC

Salm 54Talba għall-ħelsien mill-għedewwa

1Għall-mexxej tal-kor. Fuq l-istrumenti tal-korda. Maskil. Ta’ David,, o Alla, salvani;

agħmilli ħaqq bil-qawwa tiegħek.

4Isma’, o Alla, it-talba tiegħi;

agħti widen għal kliem fommi.

5Għax nies kburin qamu kontrija,

nies kefrin jonsbuli ħajti;

ma jżommux ’l Alla quddiem għajnejhom.

6Ara, Alla l-għajnuna tiegħi;

il-Mulej hu dak li jżommni.

7Hu jdawwar id-deni għal fuq l-għedewwa tiegħi.

Għall-fedeltà tiegħek eqridhom, Mulej!

8Minn qalbi noffrilek is-sagrifiċċju;

irrodd ħajr lil ismek, għax hu tajjeb.

9Għax minn kull hemm ħelisni l-Mulej;

jitpaxxew għajnejja bl-għedewwa mirbuħa.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help