ĠENESI 4 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 4Kajjin u Abel

1U Adam għaraf lil martu Eva, u din tqalet u wildet lil Kajjin, għax qalet: “Għamilt bniedem mal-Mulej.”

2U mbagħad wildet lil ħuh Abel.

U Abel kien ragħaj in-nagħaġ u Kajjin ħaddiem ir-raba’.

3Ġara wara xi żmien li Kajjin għamel offerta mill-frott tal-art lill-Mulej;

4u Abel offra wkoll hu mill-bikri tal-merħla tiegħu u mill-grass tagħhom. U l-Mulej ħares lejn Abel u l-offerta tiegħu.

8U Kajjin qal lil ħuh Abel: “Ħa mmorru fir-raba’.” U kif kienu fir-raba’ Kajjin qam għal ħuh Abel, u qatlu.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help