1Imsejken jien! Għax sirt
bħal min irid jiġbor il-frott tas-sajf,
qisni tilqit wara qtigħ l-għeneb:
ebda għanqud ma ssib x’tiekol,
jew xi tina bikrija milli nħobb jien!
2Għab il-bniedem twajjeb mill-pajjiż,
u ħadd ġust fost il-bnedmin.
Kulħadd jissajja għad-dmija,
kulħadd jonsob xibka għal sieħbu.
3Idejhom qegħdin biex jagħmlu l-ħsara;
il-prinċep u l-imħallef jittallbu rigali,
u l-kbir jitkellem kif jogħġob lilu;
kulħadd iħawwad.
4U l-aħjar fosthom qishom xewka,
l-aktar nies sewwa fosthom qishom ħarġa ħurrieq.
Jasal jum l-għases tiegħek,
il-kastig tiegħek,
imbagħad tiġihom it-taħwida.
5Tafdawx f’għajrkom,
isserrħux raskom fuq il-ħbieb.
Oqgħod attent li ma tiftaħx fommok
ma’ dik li tistrieħ fi ħdanek.
6Għax l-iben imaqdar lil missieru,
il-bint tqum għal ommha,
il-mara kontra omm żewġha,
u l-għedewwa tal-bniedem ikunu nies daru.
7Imma jien nittama fil-Mulej,
nistenna ’l Alla tas-salvazzjoni tiegħi,
Alla tiegħi jismagħni.Sijon imżebilħa mill-għadu
8Tifraħ xejn minħabba fija, għadu tiegħi,
għax jien, jekk waqajt, nerġa’ nqum;
jekk ninsab fid-dlam,
Alla d-dawl tiegħi.
9Ladarba ħtejt kontra l-Mulej,
jien nissaporti fuqi l-korla tiegħu,
sa ma jaqta’ l-kawża tiegħi
u jagħmel ħaqq miegħi;
imbagħad hu joħroġni għad-dawl
ħa nara l-għemejjel sewwa tiegħu.
10Meta dik li hi għadu tiegħi tara dan,
hi tinkesa bil-mistħija,
hi li kienet tgħidli:
“Fejn hu Alla tiegħek?”
Jitpaxxew għajnejja biha;
imma hi tkun mgħaffġa bħat-tajn tat-triqat.Jitħabbar it-tiġdid
11Ara jum li jerġgħu jinbnew swarek,
il-jum li jitwasslu fil-bogħod trufijietek,
12il-jum li jiġu għandek
mill-Assirja u sa mill-Eġittu,
minn Tir u sa min-naħa tal-Ewfrat,
minn baħar sa ieħor u minn muntanja sa oħra.
13U l-art issir ħerba,
ħtija ta’ dawk li jgħammru fiha,
minħabba frott għemilhom.
Talba kontra l-ġnus14Irgħa l-poplu tiegħek taħt ix-xettru tiegħek,
il-merħla, il-wirt tiegħek,
maqtugħa għaliha ġol-foresta,
fil-qalba ta’ ġnejna sabiħa.
Jalla tirgħa f’Basan u f’Gilgħad,
bħal fiż-żmien ta’ dari!
15Urina għeġubijietek,
bħal meta ħriġt mill-Eġittu.
16Il-ġnus jaraw u jitħawdu,
minkejja ħilithom kollha;
iqiegħdu idhom fuq fommhom,
widnejhom jittarrxulhom;
17jilagħqu t-trab bħas-serp,
bħall-bhejjem li jitkaxkru mal-art;
joħorġu mriegħda mill-moħbiet tagħhom,
lejn il-Mulej, Alla tagħna,
jitkexkxu u jibżgħu quddiemek.
Sejħa għall-maħfra ta’ Alla18Min hu Alla bħalek li jneħħi l-ħażen,
u jaħfer id-dnub lil fdal wirtu?
Hu ma żammx il-korla tiegħu għal dejjem,
għax lilu jogħġbu juri ħniena.
19U hu jerġa’ jħenn għalina,
jixħet ħżunitna taħt saqajh,
jarmi ħtijietna kollha f’qiegħ il-baħar.
20Ġib ruħek ma’ Ġakobb bil-fedeltà,
bil-ħniena ma’ Abraham,
bħalma ħlift lil missirijietna
minn żmien il-qedem.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.