1Kollox għandu żmienu, u kull ħaġa għandha waqtha taħt is-sema:
2Żmien li titwieled, u żmien li tmut;
żmien li tħawwel, u żmien li taħsad l-imħawwel;
3żmien li toqtol, u żmien li tfejjaq;
żmien li ġġarraf, u żmien li tibni;
4żmien li tibki, u żmien li tidħak;
żmien li tagħli, u żmien li tiżfen;
5żmien li tarmi l-ġebel, u żmien li tiġbru;
żmien li tgħannaq, u żmien li tiċċaħħad mit-tagħniq;
6żmien li tikseb, u żmien li titlef;
żmien li terfa’, u żmien li tarmi;
7żmien li tqatta’, u żmien li ssewwi;
żmien li tiskot, u żmien li titkellem;
8żmien li tħobb, u żmien li tobgħod;
żmien it-taqbid, u żmien il-paċi.
9Xi qligħ għandu l-bniedem mix-xogħol li jagħmel?Biex tkun ferħan
10Jiena rajt ix-xogħol li Alla ta lil ulied il-bniedem biex ikollhom fiex jedhew.
11Kollox għamel tajjeb f’waqtu; nissel ukoll sens tal-imgħoddi u l-ġejjieni f’moħħ il-bniedem, iżda bla ma dawn jirnexxilhom jikxfu x’jagħmel Alla mill-bidu sat-tmiem.
14Jien naf li kulma jagħmel Alla jibqa’ għal dejjem; la jista’ wieħed iżid miegħu u lanqas inaqqas minnu. Alla għamel hekk biex inissel fil-bniedem il-biża’ tiegħu.Il-frugħa tal-ħajja
16Ħaġ’oħra lmaħt taħt ix-xemx: fejn għandu jkun hemm il-ħaqq hemm l-inġustizzja, fejn għandu jkun hemm is-sewwa hemm il-ħażen.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.