EŻEKJEL 41 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 41Is-santwarju

1U daħħalni fis-santwarju u kejjel il-pilastri, u kienu wesgħin sitt idriegħ minn ġenb u sitt idriegħ mill-ieħor.Is-santwarju minn ġewwa

Is-santwarju, il-post ta’ ġewwa u l-portiku ta’ barra,

16l-għetiebi, it-twieqi falza skorra u l-ħitan dawramejt, it-tlieta, sa mill-għatba, kienu miksija bl-injam dawramejt. Mill-art sat-twieqi, li kienu mgħottija,

17sa ’l fuq mill-bieb, sal-parti ta’ ġewwa nett tat-tempju, fuq barra u fuq kull ħajt dawramejt, minn ġewwa u minn barra,

18kien hemm xbihat minquxa: kerubini u palm, palma bejn kerubin u ieħor. Kull kerubin kellu żewġt uċuħ:1 Slat 6,29-30.

19wiċċ ta’ bniedem iħares lejn palma minn naħa u wiċċ ta’ ljun iħares lejn palma min-naħa l-oħra, minquxa mas-santwarju kollu dawramejt.

20Mill-art sa ’l fuq mill-bieb kien hemm imnaqqxin fil-ħajt tas-santwarju dawramejt kerubini u palm.

21Il-ġnub tal-bieb tas-santwarju kienu kwadri u quddiem il-Post il-Qaddis kien hemm xi ħaġa tixbahEż 30,1-3; 1 Slat 6,20-21.

22lil artal tal-injam, għoli tlitt idriegħ u twil żewġt idriegħ u żewġt idriegħ wiesa’. Kellu l-kantunieri, il-maqgħad u l-ġnub tiegħu tal-injam. U qalli: “Din hi l-mejda ta’ quddiem il-Mulej.”

23Il-Post il-Qaddis u l-Post Qaddis kellhom żewġ bibien kull wieħed;1 Slat 6,31-35.

24kull bieb kellu żewġ battenti, u kull battent kien b’żewġ tebqiet jiltwew fuq xulxin, tnejn għal battent u tnejn għall-ieħor.

25Fuq il-bibien tal-Post Qaddis kien hemm minquxa kerubini u palm, bħalma kien hemm fuq il-ħitan. Kien hemm ukoll tisqifa tal-injam quddiem il-portiku minn barra;

26u t-twieqi falza skorra, u palm minqux fuq kull naħa fuq il-ġnub tal-portiku, il-bini mal-ġnub tat-tempju u t-tisqifa.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help