NAĦUM 1 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 1

1Oraklu dwar Ninwè.

Ktieb id-dehra ta’ Naħum minn Elkos.

Salm. Il-korla tal-Mulej

2Il-Mulej hu Alla għajjur u jaf jitħallas,

il-Mulej jitħallas u jixgħel bil-korla,

il-Mulej jitħallas mill-avversarji tiegħu

isorr il-korla għall-għedewwa tiegħu.

3Il-Mulej tqil biex jagħdab, għalkemm kbir fil-qawwa.

Il-Mulej ma jaħfirhiex lill-ħati.

Triqtu tinsab fir-riefnu u fit-tempesta,

is-sħab hu t-trab tal-passi tiegħu.

4Hu jċanfar l-ibħra u jinxfu,

u x-xmajjar kollha jbattal.

Basan jidbiel quddiemu mal-Karmel,

fil-Libanu tisfar il-ħdura kollha.

5Quddiemu taqbad rogħda lill-muntanji,

l-għoljiet idubu.

Quddiemu l-art titqanqal

u d-dinja u kull min jgħammar fiha.

6Quddiem qilltu min se jieqaf?

Min jista’ jżomm bil-korla mkebbsa tiegħu?

L-għadab tiegħu bħan-nirien jitferrex,

imqar il-blat jitfarrak trab quddiemu.

7Twajjeb, iva, il-Mulej,

fortizza f’jum l-għawġ:

hu jieħu ħsieb dawk li fih jistkennu.

8Iżda b’għargħar ta’ ilma,

hu jġib fix-xejn lil min iqum kontrih,

u jiġri sa fid-dlam wara l-għedewwa.Oraklu kontra Ninwè

9X’intom taħsbu ġo moħħkom kontra l-Mulej?

Se jagħmel qerda sħiħa;

kull min iqum kontrih ma jqumx darbtejn.

10U bħal meta faxx xewk jagħtuh in-nar,

hekk in-nar jikolhom bħat-tiben niexef.

11Minnek kien ħareġ dak li niseġ

id-deni kontra l-Mulej, ix-xitan Beljal.

12Hekk jgħid il-Mulej:

“Għad li qawwija, u kotrana ħafna,

iżd’huma jkunu maħsuda, u jgħibu.

U għad li jien għakkistek,

iżda ma ngħakksikx iktar.

13Minn fuqek issa nkisser il-madmad tiegħu

u nqaċċat l-irbit tiegħek.”

14Dan hu illi l-Mulej ordna għalik:

“Ma jkunx hemm aktar nisel li jġib ismek,

minn dar allatek jien għad neqred

kull xbieha mnaqqxa, u kull xbieha mdewba;

inħaffer qabrek, għax int kollok għajb.”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help