2 SAMWEL 20 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 20It-tixwix ta’ Seba

1Kien hemm raġel mill-agħar jismu Seba bin Bikri, mit-tribù ta’ Benjamin. Dan daqq it-tromba u qal:

“Ma għandniex x’naqsmu ma’ David;

Ma għandniex x’nirtu ma’ bin Ġesse!

Kulħadd għal għarixu, o Iżrael!”

2U n-nies kollha ta’ Iżrael telqu lil David, u telgħu wara Seba bin Bikri; u n-nies ta’ Ġuda baqgħu mqabbdin mas-sultan tagħhom mill-Ġordan sa Ġerusalemm.

3U David mar f’daru f’Ġerusalemm; u s-sultan ħa l-għaxar nisa konkubini li kien ħalla biex jieħdu ħsieb id-dar u għalaqhom f’dar imgħassa. Kien jagħtihom jieklu, imma qatt ma kien jersaq lejhom, u baqgħu magħluqin fl-aħjar ta’ ħajjithom sa ma mietu romol.Il-mewt ta’ Għamaxa

4Is-sultan qal lil Għamaxa: “Sejjaħli n-nies ta’ Ġuda fi żmien tlitt ijiem, u int qis li tkun hawn ukoll.”

8Kif kienu ħdejn il-ġebla l-kbira li hemm f’Gibgħon, ġie Għamaxa quddiemhom. Ġowab kellu fuqu l-libsa ta’ suldat u fuqha ħżiem b’xabla fl-għant tagħha mdendla ma’ ġenbu; u x-xabla ħarġet u waqgħet.

9U Ġowab qal lil Għamaxa: “Intix tajjeb, ħi?” U b’idu l-leminija Ġowab qabad il-leħja ta’ Għamaxa biex ibusu.

10U Għamaxa ma ntebaħx bix-xabla li kienet f’id Ġowab; u dan nifdu f’żaqqu u xerridlu msarnu fl-art, u miet bla ma tah daqqa oħra.

U Ġowab u ħuh Abisaj telqu għal wara Seba bin Bikri.1 Slat 2,5.

11Wieħed mill-irġiel ta’ Ġowab qagħad ħdejn Għamaxa u għajjat; “Min iħobb lil Ġowab u jżomm ma’ David, imur wara Ġowab.”

12Għamaxa kien mgħargħar f’demmu f’nofs it-triq u r-raġel intebaħ li l-poplu kollu kien jieqaf iħares, għalhekk gerbeb lil Għamaxa mit-triq għal ġo għalqa, u xeħet biċċa ħwejjeġ fuqu, meta ra li kull min kien jersaq lejh kien jieqaf.

13Meta kien neħħieh minn nofs it-triq, kulħadd baqa’ għaddej għal wara Ġowab biex imorru jiġru wara Seba bin Bikri.

Il-mewt ta’ Seba

14Seba għadda mit-tribujiet kollha ta’ Iżrael, wasal f’Abel-bet-magħka, inġabru l-Bikrin kollha u marru lkoll warajh.

15U waslu Ġowab u n-nies tiegħu, u għalquh f’Abel-bet-magħka, u tellgħu rampa madwar il-belt; u n-nies kollha li kienu ma’ Ġowab bdew jgħawru biex iġarrfu s-swar.

16Imbagħad mara jilħqilha bdiet tgħajjat mill-belt: “Isimgħu! Isimgħu! Għidu lil Ġowab jersaq ’l hawn ħa nkellmu.”

17U resaq lejha u l-mara qaltlu: “Intix Ġowab?” U weġibha: “Jiena hu.” U hi qaltlu: “Isma’ l-kelma tal-qaddejja tiegħek.” U hu qalilha: “Qiegħed nisma’ ”

18U ssuktat tkellmu u tgħidlu: “Dari kienu jgħidu: ‘Morru staqsu f’Abel’, u kollox kien jissewwa.Ġen 49,16.

19Jiena belt is-sliem u s-sewwa f’Iżrael. U int tfittex li teqred belt u omm f’Iżrael? Għaliex trid teqred wirt il-Mulej?”

20U Ġowab wieġeb u qal: “Ma jkun qatt minni li nġarraf u neqred!

21Mhux din il-biċċa, imma wieħed ġej mill-muntanji ta’ Efrajm, jismu Seba bin Bikri, rafa’ idejh fuq is-sultan David. Agħtina lilu waħdu f’idejna, u jien nitbiegħed mill-belt.” U l-mara qalet lil Ġowab: “Ara, nixħetlek rasu minn fuq is-sur.”

22U l-mara daħlet il-belt, u kellmet lill-poplu kollu bil-għaqal. Imbagħad qatgħu ras Seba bin Bikri, u waddbuha lil Ġowab.

Ġowab daqq it-tromba, u tbiegħdu minn ħdejn il-belt, kulħadd lejn għarixu. U mar Ġowab Ġerusalemm għand is-sultan.

L-uffiċjali ta’ David

23Ġowab kien il-kmandant tal-eżerċtu, u Banaja bin Ġeħojada kien jikkmanda l-Keretin u l-Peletin;2 Sam 8,16-18; 23,20; 1 Kron 18,14-17.

24Adoram kien jieħu ħsieb ix-xogħol ta’ bilfors; Ġosafat bin Aħilud kien segretarju.

25Sewa kien skriba: Sadok u Abjatar qassisin;

26U Għira l-Ġajri kien ukoll qassis ta’ David.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help