EŻEKJEL 47 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 47L-ilma ġieri mit-tempju

1Imbagħad ħadni lura ħdejn il-bieb tas-santwarju; u ara, kien hemm l-ilma ħiereġ minn taħt l-għatba tas-santwarju lejn il-Lvant - għax is-santwarju kien iħares lejn il-Lvant. U l-ilma kien ħiereġ min-naħa tal-lemin tal-għatba, in-naħa tan-Nofsinhar tal-altar., u l-ħut ikun ta’ kull ġens u kotran daqs il-ħut tal-baħar il-kbir.

11Imma l-ilma qiegħed u l-għadajjar ma jitjibux, imma jibqgħu mielħa.

12Fuq iż-żewġt ixtut tax-xmara jikbru siġar ta’ kull ġens ta’ frott; il-weraq tagħhom ma jidbielx, il-frott tagħhom ma jonqosx. Kull xahar jagħmlu frott ġdid, għax l-ilma tagħhom ħiereġ mit-tempju, u l-frott tagħhom ikun ikel, u l-weraq duwa.”Iżrael il-ġdid

13Dan jgħid Sidi l-Mulej: “Dawn huma l-oqsma li fihom għandkom tqassmu l-art bejn it-tnax-il tribù ta’ Iżrael: żewġt ishma lil Ġużeppi. in-naħa tat-Tramuntana mill-Baħar il-Kbir, tgħaddi minn Ħetlon, sad-daħla ta’ Ħamat, Sedad,

16Berot, Sibrajm, li hemm bejn il-fruntiera ta’ Damasku u l-fruntiera ta’ Ħamat, sa Ħasar-għenon, li jiġi fuq il-fruntiera ta’ Ħawran.

17Il-fruntiera mela tibda mill-baħar u tibqa’ sejra sa Ħasar-għenon, hekk li fuq nett ikollha l-fruntiera ta’ Damasku u l-fruntiera ta’ Ħamat, it-tnejn fuq it-Tramuntana tagħha.

18In-naħa tal-Lvant il-fruntiera tgħaddi minn bejn Ħawran u bejn Damasku, bejn Gilgħad u l-pajjiż ta’ Iżrael, il-Ġordan iservi ta’ fruntiera sal-baħar tal-Lvant, sa Tamar. Din hi l-fruntiera fuq il-Lvant.

19“Il-fruntiera fuq in-naħa tan-Nofsinhar: minn Tamar sal-ilmijiet ta’ Meribat-kades, sal-wied tal-Eġittu, sal-Baħar il-Kbir. Din tkun il-fruntiera ta’ isfel, lejn in-Nofsinhar.Num 34,3-5; Ġoż 15,1-4.

20Għan-naħa tal-Punent il-Baħar il-Kbir ikun il-fruntiera minn biswit id-daħla ta’ Ħamat. Din tkun il-fruntiera fuq il-Punent.

L-ishma tat-Tramuntana

21“Din l-art taqsmuha bejnietkom skont it-tribujiet ta’ Iżrael.

22Ittellgħu x-xorti għaliha biex tirtuha intom u l-barranin li jgħixu f’nofskom, u li wildu ’l uliedhom f’nofskom; tqisuhom bħan-nies tal-pajjiż, bħal ulied Iżrael; magħkom itellgħu x-xorti għall-art b’wirt fost it-tribujiet ta’ Iżrael.Eż 12,48; Lev 19,34; Num 9,14; Ġoż 8,33.

23U tagħtuh sehem b’wirt fit-tribù li jkun jgħammar ta’ frustier fiha,” oraklu ta’ Sidi l-Mulej.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help