1U Ġakobb kien jgħammar fl-art fejn kien jgħammar missieru bħala frustier fl-art ta’ Kangħan.
2Dan hu nisel Ġakobb:
Kellu sbatax-il sena Ġużeppi, meta kien jirgħa n-nagħaġ ma’ ħutu. Kien daqsxejn ta’ tifel għal ħdejn ulied Bilħa u wlied Żilfa, in-nisa ta’ missieru. U Ġużeppi wassal xniegħa ħażina fuqhom lil missierhom.
3Iżrael kien iħobb ’il Ġużeppi aktar minn ħutu kollha, għax kien twelidlu fi xjuħitu; u għamillu libsa twila bil-kmiem.
9U raġa’ ħolom ħolma oħra u qalha lil ħutu u qalilhom: “Erġajt ħlomt ħolma: ix-xemx u l-qamar u ħdax-il kewkba nxteħtu fl-art quddiemi.”
10Qalha wkoll lil missieru u lil ħutu; u missieru beda jlumu u jgħidlu: “X’inhi din il-ħolma li ħlomt? Jaqaw sa niġu jien u ommok u ħutek ninxteħtu fl-art quddiemek?”
11Ħutu komplew jgħiru għalih, imma missieru żamm f’moħħu dan il-kliem.Il-konfoffa kontra Ġużeppi
12U ħutu marru jirgħu l-imrieħel ta’ missierhom f’Sikem.
28U għaddew xi neguzjanti Midjanin, u ġibdu lil Ġużeppi u tellgħuh mill-bir, u biegħu lil Ġużeppi lill-Ismagħelin b’għoxrin biċċa tal-fidda; u ’l Ġużeppi ħaduh l-Eġittu.
29Meta Ruben raġa’ lura lejn il-bir, sab li Ġużeppi ma kienx għadu hemm, u ċarrat ilbiesu.
30U raġa’ mar ħdejn ħutu u qalilhom: “It-tifel ma għadux hemm, u issa jien fejn se naqbad immur?”
31U qabdu l-libsa ta’ Ġużeppi, qatlu gidi, u ċappsu l-libsa bid-demm.
32U bagħtu l-libsa twila bil-kmiem u ħaduha għand missierhom u qalulu: “Sibna din. Ara jekk hijiex jew le l-libsa ta’ ibnek.”
33U hu raha u qal: “Din il-libsa ta’ ibni. Xi bhima selvaġġa kiefra kilitu u Ġużeppi mqatta’ bċejjeċ.”
36Il-Midjanin bigħuh lil Putifar, uffiċjal tal-Fargħun, kap tal-koki.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.