MĦALLFIN 7 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 7L-għażla tal-gwerriera

1U Ġerub-bagħal, jiġifieri Gidgħon, u n-nies tiegħu, qamu filgħodu kmieni, u waqqfu l-kamp ħdejn Għajn-ħarod; u l-kamp tal-Midjanin kien lejn it-Tramuntana ta’ Gidgħon, fil-wita ħdejn l-għolja Mori.

2U l-Mulej qal lil Gidgħon: “Għandek nies wisq miegħek biex nerħi lill-Midjanin f’idejhom; Iżrael jibda jiftaħar minn fuqi u jgħid: ‘Idi salvatni’.

13Wasal Gidgħon u sama’ wieħed jirrakkonta ħolma lil sieħbu u jgħidlu: “Ara, ħlomt ħolma: rajt bħal ħobża tonda tax-xgħir titgerbeb fil-kamp ta’ Midjan, ġiet ħdejn għarix, laqtitu u waqqgħetu, u qalbitu ta’ taħt fuq, u l-għarix waqa’ fl-art.”

14U sieħbu wieġeb, u qallu: “Din mhijiex ħaġa oħra ħlief ix-xabla ta’ Gidgħon bin Ġowas, l-Iżraeli. Alla tah f’idejh lill-Midjanin u l-kamp kollu.”

15Ġara li malli sama’ l-ħolma u t-tifsira tagħha, Gidgħon niżel wiċċu fl-art u raġa’ lura lejn il-kamp ta’ Iżrael, u qal: “Qumu, għax il-Mulej reħa f’idejkom il-kamp tal-Midjanin.”

16Imbagħad qassam it-tliet mitt raġel fi tliet taqsimiet; tahom tromba kull wieħed, u ġarar vojta, u torċi f’nofs il-ġarar.

17U qalilhom: “Ħarsu lejja u agħmlu bħali: Jiena mmur f’tarf il-kamp, u kif nagħmel jien, agħmlu intom.

18Malli ndoqq it-tromba, jien u dawk li jkunu miegħi, doqqu wkoll intom it-trombi madwar il-kamp kollu u għajtu: ‘Għall-Mulej u għal Gidgħon!’ ”

19U Gidgħon flimkien mal-mitt raġel li kellu miegħu wasal sa tarf il-kamp fil-bidu tal-għassa tan-nofs; kienu għadhom kemm qiegħdu l-għases meta daqqew it-trombi u kissru l-ġarar li kellhom f’idejhom,

20u t-tliet taqsimiet daqqew it-trombi u kissru l-ġarar, u qabdu f’idhom ix-xellugija t-torċi u f’idhom il-leminija t-trombi biex idoqqu, u għajtu: “Xabla għall-Mulej u għal Gidgħon!”

21U huma baqgħu kulħadd f’postu madwar il-kamp; u l-kamp kollu kien kollu ġiri u għajjat, u n-nies kollha ħarbu.

22It-tliet mitt raġel baqgħu jdoqqu t-trombi, u l-Mulej dawwar ix-xabla ta’ kull wieħed mill-Midjanin lejn sieħbu mal-kamp kollu; u ħarab il-kamp kollu sa Bet-sitta lejn Serera sa xatt Abel-meħola ħdejn Tabbat.

23U minn Naftali u Aser u minn Manassi kollu nġemgħu n-nies ta’ Iżrael, u għamlu għal wara l-Midjanin.

24U Gidgħon bagħat messaġġiera mal-muntanji kollha ta’ Efrajm jgħidilhom: “Inżlu biex tilqgħu lill-Midjanin; aqtgħulhom il-mogħdijiet tax-xmara matul il-Ġordan sa Bet-bara.” U nġemgħu n-nies ta’ Efrajm kollha, u ħadu f’idejhom il-mogħdijiet tax-xmara matul il-Ġordan sa Bet-bara.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help