1Meta Ġożwè kien xjieħ u daħal fiż-żmien, il-Mulej qallu: “Inti xjeħt u dħalt fiż-żmien, u għad fadal biċċa kbira mill-art x’tittieħed.
7Mela issa qassam l-art b’wirt lid-disa’ tribujiet, u nofs it-tribù ta’ Manassi.
8Miegħu kienu ħadu sehemhom ir-Rubenin u l-Gadin, li kien tahom Mosè, qaddej tal-Mulej, in-naħa l-oħra tal-Ġordan, in-naħa tal-Lvant bħalma kien tahom Mosè il-qaddej tal-Mulej:
15Mosè ta sehem lil ulied Ruben skont il-familji tagħhom.Ġen 49,3-4; Dt 3,12-17; 33,6.
Num 21,25-31; 32,37-38.16U l-limiti tagħhom kienu minn Għarogħer li tinsab fuq f’tarf il-wied tal-Arnon u l-belt f’nofs il-wied u l-wita kollha sa Medeba,
17Ħesbon u l-bliet kollha tagħha fil-wita ta’ Dibon, Bamot-bagħal, Bet-bagħal-megħon,
18Ġaħsa, Kedemot, Mefagħat,
19Kirjatajm, Sibma, Żaret-saħar, fl-għolja tal-wied.
20U Bet-pegħor għal taħt ix-xaqliba ta’ Pisga u Betġesimot.
21U l-ibliet kollha tal-wita u s-saltna kollha ta’ Siħon, is-sultan tal-Amurrin li kien isaltan f’Ħesbon li għelbu Mosè, lilu u l-prinċpijiet ta’ Midjan, Ewi u Rekem u Sur u Ħur u Reba, prinċpijiet ta’ Siħon, li kienu jgħammru f’din l-art.Eż 2,15; Num 21,24; 22,2; 31,8.
22U ’l Balgħam bin Begħor, is-saħħar, ulied Iżrael qatluh bix-xabla mal-bqija li qatlu.
23L-art tar-Rubenin kienet twassal sal-Ġordan; dan hu sehem ir-Rubenin bil-familji tagħhom, l-ibliet bl-irħula tagħhom.
24Mosè ta wkoll sehem lit-tribù ta’ wlied Gad bil-familji tagħhom.Ġen 49,19; Num 32,34-36; Dt 33,20-21.
25Din kienet l-art li messithom: Ġagħżer u l-ibliet kollha ta’ Gilgħad u nofs l-art ta’ wlied Għammon sa Għarogħer fil-Lvant ta’ Rabba,
26u minn Ħesbon sa Ramat-misfe u Betunim u minn Maħanajm sal-limiti ta’ Lodebar;
27kien fiha l-wied ta’ Bet-ħaram u Bet-nimra u Sukkot u Safon, u l-bqija tas-saltna ta’ Siħon, is-sultan ta’ Ħesbon; il-Ġordan kien il-limiti sa tarf il-baħar ta’ Kinneret fil-Lvant tal-Ġordan.
28Dan kien sehem ulied Gad bil-familji tagħhom, l-ibliet u l-irħula tagħhom.
29Mosè ta sehem ukoll lil ulied nofs it-tribù ta’ Manassi skont il-familji tagħhom.Num 32,39-41.
30U l-medda tal-art tagħhom kienet minn Maħanajm, il-Basan kollu, is-saltna kollha ta’ Għog, sultan ta’ Basan, u l-irħula kollha ta’ Ġajir f’Basan, sittin belt.Num 18,20; Ġoż 13,14; 18,7.
31Nofs Gilgħad u Għastarot u Edregħi, l-ibliet ewlenin ta’ Għog f’Basan, ingħataw lil ulied Makir bin Manassi, jiġifieri lil nofs ulied Makir skont il-familji tagħhom.
32Dawn huma l-ishma li qassam Mosè fil-wita ta’ Mowab, in-naħa l-oħra tal-Ġordan fil-Lvant biswit Ġeriko.
33Lit-tribù ta’ Levi ma tah ebda sehem; il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, hu sehemhom, bħalma kien qalilhom.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.