1Meta għandna dawn il-wegħdiet, għeżież tiegħi, ħa nitnaddfu minn kull tidnis tal-ġisem u tar-ruħ, u ntemmu l-qdusija tagħna fil-biża’ ta’ Alla.
Il-ferħ ta’ Pawlu u l-indiema tal-Korintin2Agħmlulna l-wisa’ f’qalbkom! Ma nqasna lil ħadd; ma għamilna deni lil ħadd; ma qarraqna b’ħadd!, ma kellna ebda mistrieħ f’ġisimna, iżda taħbit f’kollox - taqbid minn barra u biża’ minn ġewwa., ma għandix għax nindem; u jekk nindem - qiegħed nara li b’din l-ittra sewwidtilkom qalbkom, għalkemm għal ftit - jew min sofra xi deni, iżda biex jidher iż-żelu li għandkom għalina quddiem Alla.
13Minħabba dan tfarraġna.
Barra minn dan il-faraġ, fraħna aktar minħabba l-ferħ ta’ Titu, għaliex ilkoll kemm intom ferraħtulu qalbu.
14Jekk ftaħart xi ftit bikom miegħu ma kellix għax nistħi; imma kif dejjem għedtilkom il-verità, hekk ukoll il-ftaħir tagħna ma’ Titu deher li kien veru.
15U qalbu xegħlet aktar għalikom meta ftakar fl-ubbidjenza tagħkom, kif ilqajtuh bil-biża’ u t-tregħid.2 Kor 2,9.
16Nifraħ għaliex għal kollox nista’ norbot fuqkom.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.