1Wara dan rajt erba’ anġli wieqfa fl-erba’ rkejjen tal-art, iżommu l-erbat irjieħ tal-art biex ebda riħ ma jonfoħ, la fuq l-art u la fuq il-baħar u fuq ebda siġra. ta’ Alla l-ħaj min-naħa tal-Lvant, u b’leħen għoli għajjat lill-erba’ anġli li lilhom kienet ingħatat is-setgħa li jagħmlu l-ħsara lill-art u lill-baħar,
3u qalilhom: “Tagħmlulhomx ħsara lill-art u lill-baħar, anqas lis-siġar, qabel ma nkunu stampajna s-siġill fuq il-ġbin tal-qaddejja ta’ Alla tagħna.”
5Mit-tribù ta’ Ġuda ġew issiġillati
tnax-il elf;
tnax-il elf mit-tribù ta’ Ruben;
tnax-il elf mit-tribù ta’ Gad;
6tnax-il elf mit-tribù ta’ Aser;
tnax-il elf mit-tribù ta’ Neftali;
tnax-il elf mit-tribù ta’ Manassi;
7tnax-il elf mit-tribù ta’ Simgħon;
tnax-il elf mit-tribù ta’ Levi;
tnax-il elf mit-tribù ta’ Issakar;
8tnax-il elf mit-tribù ta’ Żebulun;
tnax-il elf mit-tribù ta’ Ġużeppi;
tnax-il elf ġew issiġillati mit-tribù ta’ Benjamin.
Il-maħturin rebbieħa fis-sema9Wara dan ħarist, u ara, kien hemm kotra kbira li ħadd ma jista’ jgħoddha, minn kull ġens u tribù, minn kull poplu u lsien, weqfin quddiem it-tron u quddiem il-Ħaruf, lebsin ilbiesi twal bojod, u bil-friegħi tal-palm f’idejhom.
11L-anġli kollha kienu qegħdin madwar it-tron u madwar ix-Xjuħ u l-erba’ Ħlejjaq Ħajjin, u waqgħu wiċċhom fl-art quddiem it-tron jagħtu qima lil Alla
12u jgħidu:
“Ammen. It-tifħir u l-glorja,
l-għerf, ir-radd ta’ ħajr u l-ġieħ, il-qawwa u s-saħħa lil Alla tagħna,
għal dejjem ta’ dejjem! Ammen.”
13Imbagħad wieħed mix-Xjuħ qabad u staqsieni: “Dawn li għandhom l-ilbiesi twal bojod fuqhom min huma, u minfejn ġejjin?”
15Għalhekk jinsabu quddiem it-tron
ta’ Alla, lejl u nhar jaqduh fit-tempju tiegħu; u dak li qiegħed fuq it-tron
jeħodhom jgħammru taħt il-kenn tiegħu.
16Ma jbatux aktar ġuħ,
anqas għatx ma jagħmel bihom aktar;
ix-xemx ma taħkimhomx,
u anqas ebda għomma,
17ladarba l-Ħaruf, li hemm f’nofs it-tron,
ikun ir-ragħaj tagħhom;
u hu jwassalhom ħdejn ilmijiet tal-għejun tal-ħajja. U Alla jixxuttalhom kull demgħa minn għajnejhom.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.