1Qam u telaq, Ġonatan, mar fil-belt
2u David mar għand il-qassis Aħimelek f’Nob. U Aħimelek ħareġ qalbu ttaqtaq jilqa’ lil David u qallu: “Għala inti waħdek, u ma għandek lil ħadd miegħek?”. Dan jitneħħa minn quddiem il-Mulej, biex floku jitqiegħed ħobż frisk, dak in-nhar stess li jitneħħa l-qadim.
9U David qal lil Aħimelek: “Għandek xi xabla jew xi lanza f’idejk? Għax lanqas xabla jew lanza ma ħadt miegħi, għax l-ordni tas-sultan kien imgħaġġel.”
10U l-qassis wieġeb: “Ix-xabla ta’ Gulija l-Filisti, li int qtilt fil-wied ta’ Ela; hawn hi mkebba f’mantar wara l-efod. Jekk tridha ħudha, ma hawnx oħra ħliefha.” U David qallu: “Ma hawnx bħalha, agħtihieli.”David imur Gatt
11David qam dakinnhar u ħarab minn quddiem Sawl u mar għand Akis, sultan ta’ Gatt,1 Sam 27.
1 Sam 18,7; 29,5.12u l-qaddejja ta’ Akis qalulu: “Dan mhux David, sultan tal-pajjiż? Mhux għal dan żifnu u għannew u qalu:
‘L-eluf tiegħu qatel Sawl,
u David l-għaxriet tal-eluf tiegħu?’ ”
13U David żamm dan il-kliem f’qalbu, u baża’ ħafna minn Akis, sultan ta’ Gatt.
14U beda jagħmilha tal-iblah u jagħmel ħwejjeġ tal-ġenn quddiemhom; u jħażżeż fuq il-battenti ta’ bieb il-belt bil-lagħab nieżel ma’ lħitu.
15U Akis qal lill-qaddejja tiegħu: “Araw, dan bniedem miġnun! Għalfejn ġibtuhuli quddiemi?
16Jaqaw għandi bżonn l-imġienen biex ġibtuli ’l dan jitbellah quddiemi? Dan se jidħol f’dari?”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.