1Dan hu l-kliem li Mosè qal lil ulied Iżrael kollu n-naħa l-oħra tal-Ġordan, fid-deżert tal-Għaraba, li jiġi biswit Suf, bejn Faran minn naħa u bejn Tofel, Laban, Ħaserot u Diżaħab mill-oħra;
2ħdax-il jum mixi ’l bogħod minn Ħoreb sa Kades-barnigħa mit-triq tal-muntanja Xegħir.
3Fis-sena erbgħin, fl-ewwel tal-ħdax-il xahar, Mosè kellem lil Iżrael kollu skont kulma ordnalu l-Mulej għalihom,
4wara li kien għeleb lil Siħon, is-sultan tal-Amurrin, li kien joqgħod f’Ħesbon, u lil Għog, sultan ta’ Basan, li kien joqgħod f’Għastarot u f’Edregħi. u fl-inħawi tagħhom kollha, fl-Għaraba, fl-għoljiet, fil-witat u fin-Negeb, f’xatt il-baħar, fl-art tal-Kangħanin, u fil-Libanu, sax-xmara l-kbira tal-Ewfrat.
8‘Jien tlaqt l-art f’idejkom; idħlu u ħudu l-art li l-Mulej ħalef lil missirijietkom, lil Abraham, lil Iżakk, lil Ġakobb, li jagħtiha lilhom u lil nisilhom warajhom.’
14“U intom weġibtuni u għedtuli: ‘Sewwa li qiegħed tgħidilna, nagħmluh.’
15“Għalhekk ħadt il-prinċpijiet tat-tribujiet tagħkom, irġiel għorrief u magħrufin, u qegħedthom kapijiet fuqkom, kapijiet tal-eluf u kapijiet tal-mijiet, kapijiet tal-ħamsinijiet, u kapijiet tal-għaxriet u uffiċjali oħra għat-tribujiet tagħkom.
16“U dak iż-żmien wissejt lill-imħallfin u għedtilhom: ‘Isimgħu lil ħutkom, u agħmlu l-ħaqq bis-sewwa bejn bniedem u ħuh, u bejnu u l-barrani.
20“U għedtilkom: ‘Wasaltu fl-għoljiet tal-Amurrin li l-Mulej, Alla tagħna, se jagħtina:
21Ara, tak il-Mulej, Alla tiegħek, l-art f’idejk; itla’ u ħudha f’idejk skont ma wiegħdek il-Mulej, Alla ta’ missirijietek. Tibżax u taqtax qalbek.’
22“U intom ersaqtu lkoll lejja u għedtuli: ‘Ħa nibagħtu qabilna nies biex jitkixxfulna l-art, u jgħarrfuna t-triq, li għandna nitilgħu minnha, u l-ibliet li se mmorru fihom.’
34“Il-Mulej sama’ kliemkom, u xegħel bil-korla, u ħalef u qal:
42“Imma l-Mulej qalli: ‘Għidilhom: Titilgħu xejn u titqabdux, għaliex jien m’iniex f’nofskom, li ma jegħlbukomx l-għedewwa tagħkom.’
43U jien kellimtkom, u ma smajtux, u ħadtuha kontra l-kelma tal-Mulej, u għamiltuha ta’ prużuntużi, u tlajtu l-muntanja.
44U ħarġu l-Amurrin li kienu jgħammru fuq il-muntanja, u ġrew warajkom bħan-naħal, u għamlukom bċejjeċ minn Xegħir sa Ħorma.
45“Erġajtu lura u bkejtu quddiem il-Mulej, u l-Mulej ma semax leħinkom u ma takomx widen.
46U hekk intom bqajtu f’Kades-barnigħa għal ħafna żmien, iż-żmien kollu li bqajtu hemm.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.