NUMRI 34 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 34Il-fruntieri

1U l-Mulej kellem lil Mosè u qallu:; dan ikun il-fruntiera fuq din in-naħa.

7“Il-fruntiera fuq in-naħa tat-Tramuntana tkun din: mill-Baħar il-Kbir tiġbdu lejn il-muntanja tal-Ħor;

8minn Ħor tiġbdu lejn id-daħla ta’ Ħemat, u l-fruntiera tibqa’ sejra sa Sedad,

9mnejn tgħaddi lejn Żifron u tibqa’ sejra sa Ħasar-għenan. Din tkunilkom il-fruntiera tat-Tramuntana.

10“Għall-fruntiera fuq in-naħa tal-Lvant tiġbdu linja minn Ħasar-għenan sa Sefam;

11u din il-fruntiera tibqa’ nieżla minn Sefam sa Ribla fuq il-Lvant tal-Għajn, u tibqa’ nieżla u tmiss il-ġenb tal-baħar ta’ Kinneret

12in-naħa tal-Lvant, u tibqa’ nieżla mal-Ġordan sal-Baħar il-Mielaħ; din tkun l-art tagħkom b’dawn il-fruntieri madwarha.”

13U Mosè ordna lil ulied Iżrael u qalilhom: “Din hi l-art li intom għandkom taqsmu bejnietkom bix-xorti, li l-Mulej ordna li tingħata lid-disa’ tribujiet u nofs;

14għaliex it-tribù ta’ Ruben u t-tribù ta’ wlied Gad, skont l-għadd tal-familji tagħhom, u nofs it-tribù ta’ Manassi, ħadu sehemhom.

15Żewġ tribujiet u nofs diġà ħadu sehemhom in-naħa l-oħra tal-Ġordan biswit Ġeriko, in-naħa tal-Lvant.”

16U l-Mulej kellem lil Mosè u qallu:

17“Dawn huma l-ismijiet tan-nies li għandhom iqassmulkom l-art: Elgħażar il-qassis, u Ġożwè bin Nun;

18u tagħżlu prinċep minn kull tribù biex iqassam l-art.Num 1,4.

19U dawn huma l-ismijiet tan-nies: mit-tribù ta’ Ġuda, Kaleb bin Ġefunni;

20mit-tribù ta’ wlied Simgħon, Samwel bin Għammiħud;

21mit-tribù ta’ Benjamin, Elidad bin Kislon;

22mit-tribù ta’ wlied Dan, il-prinċep Bukki bin Ġogli;

23mit-tribù ta’ wlied Ġużeppi: mit-tribù ta’ wlied Manassi, il-prinċep Ħannijel bin Efod;

24u mit-tribù ta’ Efrajm, il-prinċep Kemwel bin Siftan;

25u mit-tribù ta’ wlied Żebulun, il-prinċep Elisafan bin Parnak;

26u mit-tribù ta’ wlied Issakar, il-prinċep Paltijel bin Għażżan;

27u mit-tribù ta’ wlied Aser, il-prinċep Aħiħud bin Selomi;

28u mit-tribù ta’ wlied Neftali, il-prinċep Pedaħel bin Għammiħud.

29Dawn huma n-nies li l-Mulej ordna biex iqassmu l-art ta’ Kangħan bejn ulied Iżrael.”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help