1Il-kelma li ġiet lil Ġeremija mingħand il-Mulej, meta Nabukodonosor, sultan ta’ Babilonja, l-eżerċtu tiegħu kollu, is-saltniet kollha tal-art taħt il-ħakma ta’idejh, u l-popli kollha kienu qegħdin jaħbtu għal Ġerusalemm u l-ibliet tagħha, u qallu:
4“Imma isma’ l-kelma tal-Mulej, inti Sedekija, sultan ta’ Ġuda; għax dan jgħidlek il-Mulej: Int ma tmutx bix-xabla!
5Tmut fis-sliem, u bħalma ħarqu l-bħur għal missirijietek li kienu qablek sa mill-bidu, hekk għad jaħarqu l-bħur għalik u jitniehdu għalik: ‘Jaħasra, sidi!’ Għax jien għedt din il-kelma.” Oraklu tal-Mulej.
6U kellem il-profeta Ġeremija lil Sedekija, sultan ta’ Ġuda, u qallu dan il-kliem kollu f’Ġerusalemm,
7meta l-eżerċti tas-sultan ta’ Babilonja kienu qegħdin jaħbtu għal Ġerusalemm u għall-bqija kollha tal-ibliet ta’ Ġuda - Lakis u Għażeka - għax dawn biss kien għad fadal mill-ibliet iffortifikati kollha ta’ Ġuda.
It-tradiment tal-għonja8Il-kelma li ġiet lil Ġeremija mingħand il-Mulej wara li s-sultan Sedekija kien għamel patt mal-poplu li kien f’Ġerusalemm, meta kien nidielhom il-ħelsien,
9jiġifieri, li kulħadd jibgħat ħieles l-ilsir tiegħu Lhudi u kull wieħed l-ilsira tiegħu Lhudija, u b’hekk ħadd aktar ma jżomm fil-jasar lil ħutu Lhud..
Kastig għal kulħadd12U ġiet il-kelma tal-Mulej lil Ġeremija u qallu:
13“Dan jgħid il-Mulej, Alla ta’ Iżrael: Jien kont dħalt f’patt ma’ missirijietkom dakinhar li ħriġthom mill-art tal-Eġittu, minn dar il-jasar, u għedtilhom:
14‘Fi tmiem is-seba’ snin int għandek tibgħat ħieles lil ħuk Lhudi, li jkun inbiegħ lilek; hu jaħdimlek għal sitt snin, imbagħad tibagħtu ħieles minn miegħek!’ Imma missirijietkom ma semgħux minni u anqas tawni widen.
15“Intom illum indimtu, u għamiltu s-sewwa f’għajnejja, u nidejtu l-ħelsien kull wieħed lil għajru, u għamiltu patt quddiemi fid-dar li fuqha jissejjaħ ismi.
16Imma issa irġajtu lura minn kelmtkom, u kasbartu ismi; erġajtu ħadtu lura kull wieħed l-ilsir tiegħu u kull wieħed l-ilsira tiegħu, li kontu bgħattuhom ħielsa b’rajhom f’idejhom u ġegħeltuhom iservukom ta’ lsiera, irġiel u nisa.
17“Għalhekk dan jgħid il-Mulej: Intom ma smajtux minni li tniedu l-ħelsien, kull wieħed lil ħuh u kull wieħed li għajru. Arawni, issa nnidilkom il-ħelsien, oraklu tal-Mulej. Nerħikom għax-xabla, għall-pesta, u għall-ġuħ, u nagħmel minnkom waħx għas-saltniet kollha tal-art., u għaddew minn bejn il-bċejjeċ tiegħu.
19“U l-prinċpijiet ta’ Ġuda, u l-prinċpijiet ta’ Ġerusalemm, l-uffiċjali u l-qassisin, u l-poplu kollu tal-art, li għaddew minn bejn il-bċejjeċ tal-għoġol,
20lil dawn kollha se nerħihom f’idejn l-għedewwa tagħhom, u f’idejn dawk li qegħdin ifittxulhom ħajjithom, u l-iġsma mejta tagħhom ikunu ikel għat-tajr tal-ajru, u l-bhejjem tal-art.
22“Arawni, se nagħti ordni, oraklu tal-Mulej, u rreġġagħhom lura għal din il-belt, jaħbtu għaliha, jaqbduha f’idejhom, u jaħarquha bin-nar. L-ibliet ta’ Ġuda ħerba nagħmel minnhom u ħadd ma jgħammar fihom.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.