1Warrbu, mela, ’l bogħod minnkom kull ħażen u kull qerq; warrbu l-wiċċ b’ieħor, u l-għira u kull xorta ta’ tqassis.
magħżula u għażiża;
min jemmen fiha ma jkollux għax jitħawwad.”
7Għalikom, mela, li temmnu, dan huwa ġieħ! Għal dawk li ma jemmnux,
“din l-istess ġebla li warrbu l-bennejja saret il-ġebla tax-xewka”
8u
“ġebla ta’ tiġrif u tfixkil;”
tfixklu għax ma qagħdux għall-kelma ta’ Alla; għal dan kienu ddestinati.
9Imma intom ġens maħtur, saċerdozju rjali, nazzjon qaddis, poplu li Alla kiseb għalih, biex ixxandru t-tifħir ta’ dak li sejħilkom mid-dlam għad-dawl tiegħu tal-għaġeb.Ngħixu bħala qaddejja ta’ Alla
11Ħuti għeżież, nitlobkom biex bħala barranin u għorba tiċċaħħdu mix-xewqat tal-ġisem li jitqabdu kontra r-ruħ.
13Għall-imħabba tal-Mulej baxxu raskom għal kull awtorità tal-bnedmin: kemm għas-sultan bħala l-aqwa wieħed,L-eżempju u s-sofferenzi ta’ Ġesù
18Intom, qaddejja, oqogħdu bir-rispett kollu għas-sidien tagħkom; mhux biss għal dawk li huma twajbin u dħulin, imma wkoll għal dawk li huma ħorox.
22 “Hu li ma kien għamel ebda dnub,
u ebda qerq ma nstab f’fommu,”
23meta għajruh ma weġibx bit-tagħjir; meta bata ma heddidx imma ħalla f’idejn l-Imħallef ġust.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.