1U David qal: “Hawn ikun it-tempju tal-Mulej Alla, u hawn ikun l-artal għas-sagrifiċċji tal-ħruq għal Iżrael.”Tħejjija għall-bini tat-tempju
2David ordna li jiġbru l-barranin li kienu fl-art ta’ Iżrael, u għażel minnhom naġġara biex jaqtgħu ġebel tal-qjies għall-bini tad-dar ta’ Alla.
6U sejjaħ lil ibnu Salamun, u ordnalu li jibni dar lill-Mulej, Alla ta’ Iżrael.
7U qal David lil Salamun: “Ibni, jien kelli fi ħsiebi li nibni dar lil isem il-Mulej, Alla tiegħi,, u nserrħu mill-għedewwa kollha tiegħu ta’ madwaru, għax ismu jkun Salamun, u nagħti sliem u kwiet lil Iżrael fiż-żmien kollu tiegħu.
11“U issa, ibni, ikun miegħek il-Mulej biex tkun tiflaħ tibni dar lill-Mulej Alla tiegħek, kif tkellem fuqek.
12Biss, jagħtik il-Mulej għaqal u dehen, biex meta jqiegħdek fuq Iżrael, int tħares il-liġi tal-Mulej, Alla tiegħek.
13Ikollok ir-risq jekk inti tfittex li tħares il-liġijiet u l-kmandamenti li l-Mulej ordna lil Mosè għal Iżrael. Qawwi qalbek u agħmel il-ħila! Tibżax u taqtax qalbek!; u bronż u ħadid bla qjies għax hemm bil-kotra; u injam u ħaġar ħejjejt ukoll, u int tkompli żżid magħhom.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.