KOĦÈLET 2 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 2Il-frugħa ta’ xewqat u ta’ għemil il-bniedem

1Għedt lili nnifsi: “Ejja, mela, ħa nippruvak bl-hena u ndewqek il-pjaċir.” Iżda hemm hi: frugħa mill-ġdid.

3Qtajtha li nferraħ lil ġismi bl-inbid u, waqt li nżomm ħsiebi fl-għerf, nieħu li nista’ mill-ferħ tal-boloh ħa nara jekk hux hawn l-hena tal-bniedem, f’dak kollu li jagħmlu l-bnedmin taħt is-sema tul il-jiem magħduda ta’ ħajjithom.

4Indħalt għal opri kbar: bnejt għalija palazzi,

11U mbagħad dort nara l-opri li għamilt u kemm tħabatt biex għamilthom. U ara x’sibt: kollox frugħa u ġiri wara r-riħ, imma ebda qligħ ma hemm taħt ix-xemx.

12U dawwart ħsiebi fuq l-għerf ħa nqabblu mal-ġenn u l-bluha; għax x’se jagħmel dak li jiġi wara s-sultan? Dak li diġà għamel ta’ qablu.

17Bdejt, għalhekk, nistmerr il-ħajja għax kollox kien idejjaqni minn dak li jsir taħt ix-xemx. Kollox frugħa u ġiri wara r-riħ.

18Stmerrejt ukoll ix-xogħol kollu taħt ix-xemx li fih tħabatt u li jkolli nħallih għal min jiġi warajja.

19U dan min jaf ikunx għaref inkella iblah? Ikun xi jkun hu jsir is-sid ta’ xogħli kollu, li fih ħlejt saħħti u għaqli taħt ix-xemx. Dan ukoll hu frugħa.

20Bdejt allura nitħassar it-taħbit kollu li ħadt taħt ix-xemx.

21Għax dan jiġri: wieħed, li jkun ħadem bl-għaqal u l-ħila u b’suċċess, ikollu jgħaddi sehmu lil ħaddieħor li xejn ma tħabat għalih. Dan ukoll frugħa u ħaġa mill-agħar.

22Għax x’se jmissu l-bniedem mit-taħbit u l-kedda li jkun ħa taħt ix-xemx?

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help