2 KRONAKI 34 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 34Is-saltna ta’ Ġosija

1Ġosija kellu tmien snin meta beda jsaltan, u saltan wieħed u tletin sena f’Ġerusalemm., meta kien għadu żagħżugħ, beda jfittex lil Alla ta’ David, missieru, u fit-tnax-il sena beda jnaddaf l-art ta’ Ġuda u l-belt ta’ Ġerusalemm mis-santwarji u mix-xbihat tal-Asera, mix-xbihat minquxa, mill-idoli mdewba;2 Slat 23,4-20; 2 Kron 14,1-4; 31,1.

4u kisser l-artali tal-Bagħlim minn quddiemu, u ġarraf l-artali tal-inċens li kien hemm fuqhom. U x-xbihat tal-Asera u x-xbihat minquxa, u l-idoli mdewba farrakhom, saħaqhom u xerridhom fuq l-oqbra ta’ dawk li kienu joffrulhom sagrifiċċji;

5u ħaraq l-għadam tal-qassisin fuq l-artali tagħhom stess, u hekk naddaf lil Ġuda u lil Ġerusalemm.

6U fl-ibliet ta’ Manassi u Efrajm u Simgħon sa Naftali u fl-inħawi ta’ madwarhom,

7kisser l-artali u x-xbihat tal-Asera, u farrak ix-xbihat u għamilhom trab, u ħatt l-artali tal-inċens fl-art kollha ta’ Iżrael; imbagħad raġa’ lura Ġerusalemm.

It-tiswija tat-tempju

8U fit-tmintax-il sena tas-saltna tiegħu, meta kien naddaf il-pajjiż u d-dar tal-Mulej, Ġosija bagħat lil Safan bin Asalija u ’l Magħxija, il-kmandant tal-belt, u ’l Ġowaħ bin Ġowaħas, il-kronista, biex isewwu d-dar tal-Mulej, Alla tiegħu.2 Slat 22,3-7.

9U huma marru għand Ħilkija, il-qassis il-kbir, u tawh il-flus li ġiebu fid-dar ta’ Alla - li kienu ġabru l-Leviti, l-għassiesa tal-bieb, minn id Manassi u Efrajm, u mill-bqija ta’ Iżrael, u minn Ġuda kollu, u Benjamin u min-nies li kienu jgħammru Ġerusalemm.2 Kron 24,8-9.

10U tawhom f’idejn is-suprentendenti fuq ix-xogħol fit-tempju tal-Mulej, u dawn kellhom jagħtuhom lill-ħaddiema li kienu jaħdmu f’dar il-Mulej, biex isewwu u jsaħħu t-tempju.

11Tawhom lill-mastrudaxxi u lill-bennejja biex jixtru l-ġebel maqtugħ u l-injam għat-travi u t-tisqif tal-kmamar, li s-slaten ta’ Ġuda kienu ħallewhom ħerba.

12Dawn in-nies kienu jagħmlu x-xogħol sewwa, u fuqhom kellhom jieħdu ħsiebhom: Ġaħat, Għobadija, Leviti minn ulied Merari; Żakkarija u Mesullam, minn ulied Keħat, biex imexxu x-xogħol; u l-Leviti, li kienu mħarrġa fl-istrumenti tad-daqq,

13kienu mqegħdin fuq ir-reffiegħa tat-tagħbija, u kienu jmexxu l-ħaddiema kollha f’kull xorta ta’ xogħol; u xi wħud mil-Leviti kienu kittieba, uffiċjali u purtinara.

14Huma u joħorġu l-flus li kienu ġiebu n-nies f’dar il-Mulej, Ħilkija, il-qassis, sab il-ktieb tal-liġi tal-Mulej mogħtija permezz ta’ Mosè.2 Slat 22,8-20.

15U qabad Ħilkija u qal lil Safan, is-segretarju: “Sibt il-ktieb tal-Liġi f’dar il-Mulej.” U Ħilkija ta l-ktieb lil Safan.

16U Safan ħa l-ktieb għand is-sultan, wassallu r-risposta, u qallu: “Kulma kien fdat f’idejn il-qaddejja tiegħek, huma għamluh.

17Il-flus li kienu jinsabu f’dar il-Mulej ġabruhom u tawhom f’idejn is-suprentendenti u f’idejn il-ħaddiema.”

18U mbagħad Safan is-segretarju, qallu wkoll: “Ħilkija, il-qassis, tani ktieb.” U Safan qara minnu quddiem is-sultan.

19Malli sama’ kliem il-Liġi s-sultan ċarrat ħwejġu.

20Imbagħad is-sultan ordna lil Ħilkija u lil Aħikam bin Safan, u ’l Għabdon bin Mikija, u ’l Safan is-segretarju, u lil Għaxajja, qaddej tas-sultan, u qalilhom:

21“Morru stħarrġu l-Mulej għalija u għall-fdal f’Iżrael u Ġuda dwar il-kliem li hawn f’dan il-ktieb li nstab, għax kbira hi l-korla tal-Mulej li waqgħet fuqna, għax ma semgħux missirijietna l-kelma tal-Mulej, biex jagħmlu kulma hu miktub f’dan il-ktieb.”

22U mar Ħilkija u dawk li bagħat is-sultan għand Ħulda, il-profetissa, mart Sallum bin Tokat, bin Ħasra, li kien jieħu ħsieb l-ilbies; din kienet toqgħod Ġerusalemm fit-tieni kwartier, u qalulha b’dan;

23u hi weġbithom: “Dan jgħid il-Mulej, Alla ta’ Iżrael: ‘Għidu lil min bagħatkom għandi;

24dan jgħid il-Mulej: Arawni, se nġib il-ħsara fuq dan il-post u fuq kull min jgħammar fih is-saħtiet kollha miktuba fil-ktieb li qraw quddiem is-sultan ta’ Ġuda.

25Għax huma telquni biex ħarqu l-inċens lil allat oħra, u inkurlawni b’kulma għamlu idejhom, u għalhekk tixgħel il-korla tiegħi u ma tintefiex.’

26U lis-sultan ta’ Ġuda li bagħatkom tistħarrġu lill-Mulej dan tgħidulu: ‘Dan jgħid il-Mulej Alla ta’ Iżrael: Dwar il-kliem li int smajt:

27billi trattbet qalbek, u umiljajt ruħek quddiem Alla malli smajt bi kliemu dwar dan il-post, u dwar dawk li jgħammru fih, u umiljajt ruħek quddiemi u ċarratt ħwejġek u bkejt quddiemi, jien ukoll smajtek. Oraklu tal-Mulej.

28Arawni, għalhekk jien niġbrok ma’ missirijietek u tinżel f’qabrek bis-sliem. U għajnejk ma jarawx il-ħsara, li se nġib fuq dan il-post, u fuq min jgħammar fih.’ ” U wasslu dan il-kliem lis-sultan.

29Imbagħad is-sultan bagħat jiġbor ix-xjuħ kollha ta’ Ġuda u ta’ Ġerusalemm.2 Slat 23,1-20.

30U s-sultan tala’ fit-tempju tal-Mulej, u miegħu n-nies kollha ta’ Ġuda u dawk kollha li kienu jgħammru Ġerusalemm, u l-qassisin u l-Leviti, u l-poplu kollu, mill-kbir saż-żgħir; u b’mod li jisimgħuh qara l-kliem kollu tal-ktieb tal-patt, li nstab fit-tempju tal-Mulej.

31U s-sultan wieqaf fuq it-tribuna għamel patt quddiem il-Mulej li jimxi wara l-Mulej, u jħares il-kmandamenti, il-preċetti u l-liġijiet, b’qalbu kollha u b’ruħu kollha, biex iżomm il-kliem kollu tal-patt li hu miktub fuq dan il-ktieb.

32U ġagħal joqgħod għal dan il-patt lil kull min kien jinsab f’Ġerusalemm u f’Benjamin. U n-nies ta’ Ġerusalemm għamlu skont il-patt ta’ Alla, Alla ta’ missirijiethom.

33U Ġosija neħħa l-qżiżijiet kollha mill-artijiet kollha li kellhom ulied Iżrael, u ġagħal lil kull min kien jinsab f’Iżrael li jservi lill-Mulej, Alla tagħhom. Kemm dam ħaj hu ma warrbux mill-Mulej, Alla ta’ missirijiethom.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help