FILIPPIN 2 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 2L-umiltà ta’ Kristu u dik tagħna

1Jekk hemm fikom xi faraġ fi Kristu; jekk hemm xi kelma ta’ ħlewwa fl-imħabba; jekk hemm xi xirka fl-Ispirtu; jekk hemm xi ħniena u mogħdrija; kunu fehma waħda

2u imlewni bil-ferħ! Ħa jkollkom l-istess imħabba, u ruħ waħda u ħsieb wieħed.

3Tagħmlu xejn b’pika ta’ partit, anqas għall-ftaħir fieragħ; imma kunu umli u kull wieħed minnkom iqis lill-ieħor aħjar minnu.

7iżda xejjen lilu nnifsu billi ħa n-natura ta’ lsir; sar jixbah lill-bnedmin, u deher minn barra bħala bniedem;

8ċekken lilu nnifsu, billi obda sal-mewt,

anzi sal-mewt tas-salib.

9Għalhekk Alla għollieh sas-smewwiet u żejnu bl-Isem li hu fuq kull isem,

10biex fl-isem ta’ Ġesù

- fis-sema, fl-art u f’qiegħ l-art -

il-ħlejjaq kollha jinżlu għarrkupptejhom,

11u kull ilsien jistqarr:

“Ġesù Kristu hu Mulej”,

għall-glorja ta’ Alla l-Missier”.

Aħna d-dawl tad-dinja

12Għalhekk, għeżież tiegħi, bħalma dejjem obdejtu, mhux biss meta kont magħkom, imma wisq aktar issa li m’iniex magħkom, ħabirku għas-salvazzjoni tagħkom bil-biża’ u t-tregħid. fuq il-vittmi u s-sagrifiċċju tal-fidi tagħkom, jiena nifraħ fuq li nifraħ magħkom ilkoll.Timotju u Epafroditu

19Nittama fil-Mulej Ġesù li nibagħtilkom malajr lil Timotju biex nieħu r-ruħ jiena wkoll b’aħbarkom.

20’Il ħadd ma għandi bħalu li minn qalbu jieħu ħsiebkom sewwa.

21Kulħadd ifittex li jaqbel lilu u mhux dak li hu ta’ Ġesù Kristu., ħija, ħaddiem miegħi u sieħbi fit-taqbid; mibgħut minnkom biex jgħinni fil-ħtiġiet tiegħi.Fil 4,18.

26Għandu ħrara kbira li jarakom u inkwieta ħafna għax intom smajtu li kien marad.

27Tassew li kien marid għall-mewt; iżda Alla ħenn għalih, u mhux biss għalih, imma għalija wkoll u b’hekk ma kellix għali fuq għali.

28Għalhekk fittixt aktar fuq ix-xwiek li nibgħathulkom, ħalli tarawh intom, u tifirħu; u jien neħles mill-għali.

29Ilqgħuh ilkoll ferħana fil-Mulej; għożżuhom nies bħal dawn.1 Kor 16,16-18; 1 Tim 5,17.

30Ittarraf sal-mewt u kien għoddu miet biex jaħdem għal Kristu, u tarraf ħajtu biex jagħmel tajjeb hu fejn naqset l-għajnuna tagħkom għalija.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help