LHUD 11 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 11Il-qawwa u l-glorja tal-fidi

1Il-fidi hija pedament tal-ħwejjeġ li għandna nittamaw, hija l-prova tal-ħwejjeġ li ma narawx.

2In-nies tal-imgħoddi għoġbu lil Alla sewwasew għax kellhom il-fidi.

3Hu permezz tal-fidi li aħna nemmnu kif Alla ħoloq id-dinja bil-kelma tiegħu, hekk li minn dak li ma narawx sar dak li jidher.Il-fidi tal-ewwel patrijarki

4Kien permezz tal-għotjiet li Abel offra lil Alla sagrifiċċju aħjar minn ta’ Kajin, sagrifiċċju li bis-saħħa tiegħu kiseb xhieda li hu kien raġel ġust, u Alla tah xhieda tal-għotjiet tiegħu; u b’dik il-fidi hu għadu jsamma’ leħnu għad li miet.

5Kien minħabba fil-fidi tiegħu li Ħenok ittieħed minn fostna hekk li hu l-mewt ma rahiex; ma nstabx iżjed, għax Alla kien ħadu. U tassew, qabel ma ttieħed kien kiseb xhieda li hu kien għoġob lil Alla.Il-fidi ta’ Abraham

8Kienet il-fidi li ġagħlet lil Abraham jobdi s-sejħa ta’ Alla, meta dan qallu biex imur f’art li kien se jagħtih b’wirt; u telaq, bla ma kien jaf fejn kien sejjer., li l-imgħallem u l-bennej tagħha huwa Alla.

11Kienet ukoll il-fidi li biha Sarah, mara mdaħħla fiż-żmien, setgħet titqal, għax hija għarfet li ta’ kelmtu kien dak li għamlilha l-wegħda.

13Kollha bil-fidi mietu dawn in-nies. Kienu għadhom ma ħadux dak li kien imwiegħed, iżda huma rawh mill-bogħod u sellmulu, waqt li għarfu li huma kienu barranin u għorba fuq l-art.

17Kienet il-fidi li ġagħlet lil Abraham joffri ’l Iżakk meta Alla ġarrbu; u kien se joffri lil ibnu l-waħdieni sewwasew dak li kien ħa l-wegħdiet,Il-fidi ta’ Mosè u ta’ wlied Iżrael

23Kien permezz tal-fidi li, meta twieled Mosè, missieru u ommu ħbewh għal tliet xhur, għax raw kemm kien tifel sabiħ, bla ma beżgħu mill-ordni tas-sultan.Il-fidi tagħmel l-għeġubijiet

30Kien permezz tal-fidi li waqgħu l-ħitan ta’ Ġeriko wara li l-Iżraelin daru magħhom għal sebat ijiem.

32X’se ngħid iżjed? Ma nsibx żmien biżżejjed biex insemmi fuq Gidgħon, Barak, Sansun, Ġefti, David, Samwel u l-profeti.

33Bil-qawwa tal-fidi huma rażżnu saltniet, għamlu l-ġustizzja, kisbu l-wegħdiet; saddew ħalq l-iljuni,Mħ 14,6-7; 1 Sam 17,34-36; Dan 6,1-27.

34tfew il-qawwa tan-nar, ħelsu minn xifer is-sejf, fiequ mill-mard, tqawwew fit-taqbid, ħarrbu l-eżerċti tal-barranin.Dan 3,23-25.

35Nisa ħadu lura l-mejtin tagħhom irxuxtati mill-mewt. Oħrajn ħaqruhom għall-mewt, għax irruftaw il-ħelsien biex jiksbu qawmien aħjar.1 Slat 17,17-24; 2 Slat 4,25-27; 2 Mak 6,18—7,42.

36Oħrajn sofrew żebliħ u swat u saħansitra ktajjen u ħabs.1 Slat 22,26-27; Ġer 20,2; 37,15; 38,6.

37Kienu mħaġġra, imħanxra minn nofshom, maqtula bis-sejf; ħarġu jiġġerrew imlibbsin bi ġlud tan-nagħaġ u tal-mogħoż, neqsin minn kollox, imħabbtin u maħqurin.2 Kron 24,21.

38Id-dinja ma kienx jixirqilha jkollha nies bħal dawn. Huma qagħdu jiġġerrew fid-deżert u fuq l-għoljiet, fl-għerien u fl-irkejjen tal-art.

39U dawn kollha, għad li qalgħu xhieda tajba bis-saħħa tal-fidi tagħhom, ma kisbux dak li kien imwiegħed,

40billi Alla rafa’ xi ħaġa aħjar għalina, bil-ħsieb li huma ma jaslux għall-perfezzjoni mingħajrna.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help