SALMI 134 - Maltese Bible with DC
Salm 134L-aħħar tislima lit-tempju
1Għanja tat-Telgħat.
Ejjew, bierku l-Mulej,
qaddejja kollha tal-Mulej,
intom li toqogħdu f’dar il-Mulej.
2Erfgħu idejkom lejn it-tempju,
u bierku l-Mulej fil-ljieli.
3Ibierkek il-Mulej minn Sijon,
hu li għamel is-sema u l-art!