1“F’dak iż-żmien iqum Mikiel, il-prinċep il-kbir, dak li qiegħed fuq ulied il-poplu tiegħek. Imbagħad jiġi żmien ta’ għawġ, li qatt ma jkun deher ieħor bħalu minn mindu ġens kien ġens sa dak iż-żmien. Imma jkun żmien li fih il-poplu tiegħek jinħeles, dawk kollha li jkunu nstabu miktuba fil-ktieb. fit-trab tal-art jistenbħu, min għall-ħajja ta’ dejjem u min għall-għajb u l-istmerrija għal dejjem.
3Il-bnedmin bil-għaqal ikollhom fuqhom dija bħal dik tas-sema, u dawk li jkunu wasslu ’l ħafna fis-sewwa jkunu jiddu bħal kwiekeb għal dejjem ta’ dejjem., u li dan kollu għad iseħħ meta l-qawwa tal-poplu l-qaddis ma tibqax tixxerred iżjed.
8Jiena bqajt nisma’ bla ma nifhem; imbagħad għedtlu: “Sidi, x’se jiġri wara dan kollu?”
9Iżda hu qalli: “Mur, Danjel, għax dan id-diskors huwa magħluq u ssiġillat saż-żmien tal-aħħar.Dan 11,35.
10Ikunu ħafna dawk li jintgħażlu mill-bqija, jindafu u jissaffew; imma l-ħżiena jibqgħu jagħmlu l-ħażin, u ebda wieħed minnhom ma jifhem xejn, jifhmu biss dawk li jkunu bil-għaqal.Apk 22,11.
11U wara li jitneħħa s-sagrifiċċju tal-ħruq ta’ kuljum, wara l-profanazzjoni u l-ħerba tat-tempju, ikun għad baqa’ elf u mitejn u disgħin jum ieħor.Dan 9,27; 11,31; Mt 24,15; Mk 13,14.
12Hieni min jistenna u jasal sa elf u tliet mija u ħamsa u tletin ġurnata oħra.
13Imma int ibqa’ sejjer lejn l-aħħar mistrieħ tiegħek; u mbagħad, meta jintemm iż-żmien, tqum għall-wirt li jmissek.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.