1“Tagħmlux allat foloz, twaqqfux xbihat jew plieri; ebda ħaġra maħduma ma tagħmlu f’artkom biex tadurawha: Jiena l-Mulej Alla tagħkom.
2“Ħarsu s-Sibtijiet imqaddsa tiegħi u weġġħu s-santwarju tiegħi: Jiena l-Mulej.
3“Jekk timxu skont il-liġijiet tiegħi u tħarsu l-kmandamenti tiegħi u tagħmluhom,Kastigi għall-ħżiena
14“Jekk ma tisimgħux minn kliemi, u ma tagħmlux dawn l-ordnijiet kollha,
18“Jekk b’danakollu ma tisimgħux minni, inkompli nikkastigakom għal seba’ darbiet aktar minn dnubietkom.
19U nkisser il-qawwa u s-suppervja tiegħek, u nagħmel smewwietek bħall-ħadid, u artek bħall-bronż.
27“U jekk ma tisimgħux lanqas b’dan, u tibqgħu żżommuli iebes,
28jien niqfilkom bil-qilla tiegħi u nikkastigakom seba’ darbiet aktar minn dnubietkom.
29U tieklu l-laħam ta’ wliedkom, il-laħam tas-subien u l-bniet tagħkom.
30“Is-santwarji tal-għoljiet tagħkom inġarrafhom, u nħott l-artali tal-inċens tagħkom, nitfa’ fuqhom l-iġsma tagħkom fuq ix-xbihat imfarrka tagħkom, u tistmellhom ruħi.
34“Imbagħad tifraħ l-art bis-sibtijiet tagħha, sakemm iddum imħarbta u intom f’art l-għedewwa tagħkom; tistrieħ l-art u titgħaxxaq bis-sibtijiet tagħha.
40“Meta jistqarru dnubiethom u dnubiet missirijiethom li għamlu b’għemilhom kontra tiegħi, u talli baqgħu jżommuli iebes,
45“Niftakar minħabba fihom fil-patt ma’ missirijiethom, li jien kont ħriġt l-ewwel mill-art tal-Eġittu taħt għajnejn il-ġnus, biex jien inkun Alla tagħhom: Jiena l-Mulej.”
46Dawn huma l-kmandamenti, il-preċetti u liġijiet li waqqaf il-Mulej bejnu u bejn ulied Iżrael fuq il-muntanja tas-Sinaj permezz ta’ Mosè.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.