1Imbagħad Ġożwè sejjaħ lir-Rubenin u lill-Gadin u lin-nofs it-tribù ta’ Manassi.
10Kif waslu fl-inħawi tal-Ġordan fl-art ta’ Kangħan, bnew hemm ulied Ruben, u wlied Gad u nofs it-tribù ta’ Manassi, artal ħdejn il-Ġordan, artal kbir li jidher.
11U semgħu wlied Iżrael min jgħid: “Araw, ulied Ruben, ulied Gad u nofs it-tribù ta’ Manassi, bnew artal biswit art Kangħan fl-inħawi tal-Ġordan, in-naħa ta’ wlied Iżrael.”.’ ”
21U wlied Ruben u wlied Gad u nofs it-tribù ta’ Manassi wieġbu lill-prinċpijiet tal-eluf ta’ Iżrael:
22“Alla fuq l-allat il-Mulej! Alla fuq l-allat il-Mulej! Hu jaf, u Iżrael jaf ukoll: jekk dan għamilnieh illum b’tixwix jew b’nuqqas lejn il-Mulej, la taħfirhilniex illum,.’
29Ma jkun qatt minna li nqumu kontra l-Mulej, u nwarrbu minn wara l-Mulej u nibnu artal għas-sagrifiċċji tal-ħruq, għall-offerti tal-qmuħ u għall-vittmi, barra mill-artal tal-Mulej, Alla tagħna, li hemm quddiem it-tabernaklu tiegħu.”
30Fineħas il-qassis, u l-prinċpijiet tal-ġemgħa, u l-kapijiet tal-eluf ta’ Iżrael li kienu miegħu, semgħu l-kliem li qalu wlied Ruben u wlied Gad u wlied Manassi, u għoġobhom.
31U Fineħas bin Elgħażar wieġeb lil ulied Ruben u wlied Gad u wlied Manassi: “Illum għarafna li l-Mulej huwa fostna għaliex intom ma qomtux kontra l-Mulej b’dan li għamiltu. Issa intom ħlistu lil ulied Iżrael minn id il-Mulej.”
32U Fineħas bin Elgħażar il-qassis, u l-prinċpijiet, reġgħu lura mingħand ulied Ruben u wlied Gad mill-art ta’ Gilgħad għall-art ta’ Kangħan għand ulied Iżrael u tawhom l-aħbar.
33U wlied Iżrael għoġbithom din il-ħaġa u bierku lil Alla wlied Iżrael; u ma baqgħux jgħidu li jridu jitilgħu jaħbtu għalihom, u jħarbtu l-art li fiha jgħammru wlied Ruben u wlied Gad.
34U wlied Ruben u wlied Gad semmew l-artal Għed, xhieda, għaliex qalu: “Xhieda hu bejnietna li l-Mulej hu Alla.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.