2 MAKKABIN 7 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 7Il-martirju tas-sebat aħwa u ommhom

1Ġara li qabdu wkoll sebat aħwa u ’l ommhom; u s-sultan beda biex jisfurzahom bid-daqqiet tas-swat u tan-nerv biex jieklu l-laħam tal-majjal li ma jiswiex.

2Wieħed minnhom beda jitkellem f’isem l-oħrajn u qal: “X’int tfittex tistaqsi u trid taf minna? Aħna lesti mmutu, imma m’aħniex lesti niksru l-liġijiet ta’ missirijietna.”

3Is-sultan intilef f’dagħdigħa, u ordna li jsaħħnu l-gradilji u l-kaldaruni.

4Kif saru ġamra nar, ordna li jaqtgħu lsien dak li tkellem f’isimhom, iqaxxrulu l-ġilda ta’ rasu, u jaqtgħulu idejh u riġlejh taħt għajnejn ommu u ħutu l-oħra.

5Meta ġibuh ma jiswa għal xejn ordnalhom li jwaddbuh fin-nar, kif kien għadu jieħu n-nifs, u jixwuh fuq il-gradilja. Waqt li minn fuq il-gradilja l-fwar kien jimla kullimkien, l-oħrajn flimkien ma’ ommhom bdew jagħmlu l-qalb lil xulxin biex imutu ta’ qalbiena, u bdew jgħidu:

6“Il-Mulej Alla jara mill-għoli u żgur għad ikollu ħniena minna bħalma ddikjara Mosè fl-għanja tiegħu u qalilhom f’wiċċhom: ‘Il-qaddejja tiegħu jħenn għalihom.”

7Malli miet l-ewwel wieħed b’dan il-mod, ġiebu t-tieni għat-tortura. Qalgħulu l-ġilda ta’ rasu bix-xagħar b’kollox u staqsewh: “Trid tiekol qabel ma ntertqulek ġismek kollu biċċa biċċa?”

8U hu weġibhom b’ilsien missirijietu u qalilhom: “Ma jkun qatt.” U għalhekk wara l-ewwel wieħed dan ukoll ħa t-tortura bħalu.

9Kif kien fl-aħħar nifs qallu: “Int, bniedem mill-agħar, int se ċċaħħadna mill-ħajja ta’ issa, imma s-sultan tad-dinja għad iqajjimna għall-ħajja ta’ dejjem, lilna li se mmutu għal-liġijiet tiegħu.”

10Imbagħad wara dan bdew jittorturaw it-tielet wieħed u malli talbuh ħareġ minnufih ilsienu u bla biża’ ta’ xejn midd idejh

11u ta’ qalbieni li kien għajjat: “Mis-sema ksibthom dawn, u għal-liġijiet tiegħu jien nistmerrhom, għax mingħandu nittama li għad nerġa’ niksibhom.”

20Imma tal-għaġeb bla qjies kienet l-omm, u ta’ min ifakkarha u jfaħħarha. Rat is-seba’ wliedha jinqerdu fi żmien jum wieħed u sofriet minn qalbha, minħabba t-tama li kellha fil-Mulej.

21Mimlija bi ħsibijiet kbar, qawwiet bil-ħila ta’ raġel il-qalb tagħha ta’ mara u b’ilsien missirijietha, wieħed wara l-ieħor, qawwitilhom qalbhom bi kliemha.

22“Jien ma nafx kif feġġejtu f’ġufi, ma kontx jien li tajtkom in-nifs u l-ħajja, lanqas ma kont jien li għaqqadtilkom il-bċejjeċ ta’ ġisimkom.; hekk ukoll sar ġens il-bniedem.Rum 4,17.

29Tibżax minn dan il-biċċier, imma kun ta’ ġieħ għal ħutek u ilqa’ l-mewt, sabiex jien niksbek mill-ġdid fi żmien il-ħniena flimkien ma’ ħutek.”

30Hi u titkellem, iż-żgħażugħ qal: “X’intom tistennew? M’iniex se nobdi d-digriet tas-sultan; nobdi biss id-digriet tal-Liġi mogħtija lil missirijietna permezz ta’ Mosè.

31U int li vvintajt kull xorta ta’ deni kontra l-Għebrej, m’intix se taħrab idejn Alla.

32Aħna qegħdin insofru minħabba ħtijietna.2 Mak 5,17; 6,12-16; 7,16-19.

33Jekk il-Mulej ħaj hu inkurlat għalina, dan għal ftit taż-żmien biex jikkastigana u jwiddibna, imma mill-ġdid għad jerġa’ jitħabbeb mal-qaddejja tiegħu.

34Iżda inti, ja midgħi u bniedem mill-agħar fost il-bnedmin, la titkabbarx fil-vojt u tintefaħx b’tamiet fiergħa, int u terfa’ jdejk fuq ulied is-sema.

35Għadek ma ħlistx mill-ħaqq ta’ Alla li jista’ kollox u kollox jara.

36Ħutna, wara li sofrew it-tbatija għal ftit taż-żmien, issa laħqu l-ħajja ta’ dejjem permezz tal-wegħda ta’ Alla. Imma int, permezz tal-ġudizzju ta’ Alla, għad tieħu l-ħlas ġust li jmiss lil kburitek.

37Jiena issa, bħal ħuti, se nagħti ġismi u ħajti għal-liġijiet ta’ missirijieti, u nitlob lil Alla li jħenn mill-aktar fis għall-ġens tiegħu u lilek bl-uġigħ u bis-swat iġagħlek tistqarr li hu waħdu Alla.

38U jalla l-korla ta’ dak li jista’ kollox, li bir-raġun kollu waqgħet fuq il-ġens tagħna, tintemm fija u f’ħuti.”

39Is-sultan, mitluf f’dagħdigħa, ifferoċja għalih, aktar milli għall-oħrajn, għax ma felaħx għal ilsienu.

40U dan ukoll miet, bla tebgħa u b’fiduċja sħiħa f’kollox fil-Mulej.Lhud 11,35.

41Fl-aħħar, imbagħad, wara wliedha, inqerdet l-omm ukoll.

42U issa għedna biżżejjed fuq l-ikel tal-vittmi tas-sagrifiċċji u l-ħruxija bla qjies.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help