1Fittxu l-imħabba; ixxennqu wkoll għad-doni tal-Ispirtu, l-aktar għad-don tal-profezija.
6Issa, l-aħwa, kieku jiena kelli niġi fostkom nitkellem bl-ilsna, x’ikun jiswielkom jekk il-kliem li ngħidilkom ma jkunx fih xi rivelazzjoni jew għerf, jew profezija, jew tagħlim?
7L-istess bħal fl-istrumenti tad-daqq bla ħajja, flawt jew ċetra; kieku dawn ma jagħtux ilħna li jingħażlu minn xulxin, kif jista’ wieħed jagħraf x’inhu jindaqq bil-flawt jew x’inhu jindaqq biċ-ċetra?
8U jekk it-trumbetta tagħti leħen li ma tagħrafx x’inhu, min iħejji ruħu għat-taqbida?
9Hekk ukoll intom: jekk bi lsienkom ma tlissnux kliem li jinftiehem, kif jista’ wieħed jifhem xi tkunu tgħidu? Tkunu qegħdin titkellmu fl-ajru.
10Hemm bosta lħna fid-dinja, u ebda wieħed minnhom ma hu bla sens.
11Imma jekk jiena ma nagħrafx is-sens tal-leħen, inkun barrani għal min jitkellem, u min jitkellem ikun barrani għalija.
12Hekk ukoll intom, ladarba intom imxennqin għad-doni spiritwali, fittxu li timtlew sewwa bihom, imma dejjem għall-bini tal-Knisja.
13Għalhekk, min jitkellem bl-ilsna għandu jitlob id-don tat-tifsir.
14Għax jekk jiena nitlob bl-ilsna, l-ispirtu tiegħi jkun jitlob, imma moħħi jibqa’ bla frott.
15X’nagħmel mela? Nitlob bl-ispirtu; imma nitlob b’moħħi wkoll. Inkanta s-salmi bl-ispirtu; imma nkanta b’moħħi wkoll.
u b’xufftejn stranġieri
inkellem lil dan il-poplu;
u b’dan kollu anqas ma jisimgħuni,”
jgħid il-Mulej.?Kollox bl-ordni
26Xi ngħidu, mela, l-aħwa? Meta intom tiltaqgħu, wieħed jista’ jkollu xi salm, ieħor xi tagħlima, ieħor xi rivelazzjoni, ieħor xi kelma b’ilsien barrani, ieħor xi tifsira; kollox iservi għall-edifikazzjoni.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.