LUQA 20 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 20Il-Lhud jistaqsu dwar is-setgħa ta’ Ġesù(Mt 21,23-27; Mk 11,27-33)

1Ġara li, jum wieħed, huwa u jgħallem lin-nies fit-tempju u jxandar l-Evanġelju, resqu fuqu l-qassisin il-kbar u l-kittieba flimkien max-xjuħ

2u staqsewh u qalulu: “Għidilna, int b’liema setgħa qiegħed tagħmel dan kollu? U min hu dak li tahielek din is-setgħa?”

3Hu weġibhom u qal: “Ħa nagħmlilkom mistoqsija jien ukoll. Għiduli,

4il-magħmudija ta’ Ġwanni kienet ġejja mis-sema jew mill-bnedmin?”

saret il-ġebla tax-xewka’?

18Min jaqa’ fuq din il-ġebla jitfarrak, u fuq min taqa’ tgħaffġu taħtha.”

19Il-kittieba u l-qassisin il-kbar riedu kieku jmiddu idejhom fuqu dak il-ħin stess, imma beżgħu mill-poplu. Fehmu li dik il-parabbola kien qalha għalihom.It-taxxi lil Ċesari(Mt 22,15-22; Mk 12,13-17)

20Imbagħad huma qagħdu għassa tiegħu u bagħtu għandu lil xi wħud taparsi nies sewwa biex jonsbuh u forsi jaqbduh f’xi kelma, u hekk ikunu jistgħu jagħtuh f’idejn il-gvernatur li kellu s-setgħa u l-awtorità.. Il-wiċċ u l-kitba ta’ min huma?” Qalulu: “Ta’ Ċesari.”

25Imbagħad qalilhom: “U mela agħtu lil Ċesari dak li hu ta’ Ċesari, u lil Alla dak li hu ta’ Alla.”

26U hekk ma seħħilhomx jaqbduh fil-kelma quddiem il-poplu, u kollhom mistagħġba għalqu ħalqhom għat-tweġiba tiegħu.

Il-qawmien mill-imwiet(Mt 22,23-33; Mk 12,18-27)

27Mela resqu fuqu xi wħud mis-Sadduċej, dawk li jiċħdu l-qawmien mill-imwiet, u staqsewh:.

Oqgħod fuq il-lemin tiegħi,

43 sa ma nkun qegħedt l-għedewwa

tiegħek taħt riġlejk.’

44Jiġifieri, David sejjaħlu Sidu; mela kif inhu ibnu?”

Ġesù jikkundanna l-kittieba(Mt 23,1-36; Mk 12,38-40; Lq 11,37-54)

45Waqt li l-poplu kollu kien qiegħed jisma’, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu:

46“Iftħu għajnejkom mill-kittieba, li jridu biss iduru mat-toroq bi lbiesi twal, u jħobbu t-tislim fil-pjazez u s-siġġijiet ta’ quddiem fis-sinagogi u l-postijiet ewlenin fil-pranzijiet,

47iberbqu ġid ir-romol, u mbagħad għal wiċċ in-nies idumu ħafna jitolbu. Dawn jieħdu kundanna aktar iebsa.”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help