1Ftakar f’min ħalqek f’jiem żgħożitek qabel ma jaslu jiem in-niket,
u joqorbu s-snin li tgħid għalihom: “Xejn ma jogħġbuni”;
2qabel ma jiddallmu x-xemx u d-dawl,
u l-qamar u l-kwiekeb,
u s-sħab jerġa’ jidher wara x-xita;
3meta dawk li jgħassu d-dar jibdew jitriegħdu,
meta l-qalbenin jitgħawġu,
u jieqfu dawk li jitħnu, għax jonqsu fl-għadd,
u jiddallmu dawk li jħarsu ’l barra mit-tieqa;
4meta l-bibien jingħalqu fuq it-triq,
u l-ħoss tal-mitħna jonqos,
u l-għana tal-għasfur jintefa,
u kull għana jieqaf;
5meta kull telgħa tbażża’,
u t-triq issir tkexkix,
meta s-siġra tal-lewż tarmi ż-żahar,
u l-ġrad jitqal fil-mixi;
u l-kappara titlef gostha,
għax il-bniedem imur id-dar tiegħu ta’ dejjem,
u l-bekkejja jiġġerrew mat-toroq;
6qabel ma l-ħajta tal-fidda tinqata’,
u l-musbieħ tad-deheb jitfarrak;
qabel ma l-ġarra fuq l-għajn tinkiser,
u t-tarjola fuq il-bir tinqasam;
7u t-trab jerġa’ jmur fl-art mnejn ġie,
u n-nifs tal-ħajja jitlaq lejn Alla, minn fejn ġie.
8O frugħa tal-frugħat, jgħid Koħèlet, kollox frugħa.
L-awtur ta’ dan il-ktieb13Hawn hu l-qofol tad-diskors wara li nstama’ kollox: “Ħobb lil Alla u ħares il-kmandamenti tiegħu, għax f’dan jinġabar il-bniedem kollu.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.