1Maskil. Ta’ David meta kien fl-għar. Talba.
2B’leħen qawwi lill-Mulej insejjaħ,
b’leħen qawwi lill-Mulej nitlob.
3Inressaq quddiemu t-tnehid tiegħi,
id-dwejjaq tiegħi quddiemu nqiegħed.
4Xħin ruħi ġo fija tinfena,
int tkun taf minn xiex għaddej.
Fit-triq li fiha nimxi,
huma ħbew nassa għalija.
5Inħares fuq il-lemin u nara
li m’hemm ħadd min jagħti kasi,
m’hemmx mnejn nista’ naħrab,
m’hemm ħadd min jieħu ħsiebi.
6Lilek, Mulej, insejjaħ;
ngħidlek: “Inti l-kenn tiegħi,
inti sehmi f’art il-ħajjin.
7Agħti widen għall-għajta tiegħi,
għax ninsab mitluq għall-aħħar.
Eħlisni minn dawk li daru għalija,
għax huma aqwa minni.
8Mill-ħabs oħroġni, biex irrodd ħajr lil ismek.
Madwari jduru l-ġusti, għax int timxi tajjeb miegħi.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.