TOBIT 6 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 6Rafel u Tobija fit-triq

1Telaq iż-żagħżugħ u l-anġlu miegħu; ħareġ miegħu l-kelb ukoll u mar magħhom. Telqu t-tnejn flimkien, u meta laħaqhom l-ewwel lejl, waqfu ħdejn ix-xmara Tigri.

2Iż-żagħżugħ niżel jaħsel riġlejh fix-xmara, u qabżet mill-ilma ħuta kbira u riedet taħtaflu riġlu; u ż-żagħżugħ beda jgħajjat.

3“Aqbadha,” qallu l-anġlu, “u żommha sewwa.” Iż-żagħżugħ qabad il-ħuta u tellagħha l-art.

4“Iftaħ il-ħuta,” qallu l-anġlu, “u aqlagħlha l-marrara, il-qalb u l-fwied, u erfagħhom għandek; il-bqija tal-ġewwieni armihom. Il-marrara, il-qalb u l-fwied ta’ din il-ħuta jservuna ta’ duwa tajba.”

5Iż-żagħżugħ fetaħ il-ħuta, ħarġilha l-marrara, il-qalb u l-fwied; u mbagħad xewa biċċa minnha u kielha; l-biċċa l-oħra mellaħha u refagħha.

6Baqgħu sejrin flimkien sakemm qorbu lejn il-Medja.

7U ż-żagħżugħ staqsa lill-anġlu u qallu: “Ħija Għażarija, x’inhi din id-duwa li fihom il-qalb, il-fwied u l-marrara tal-ħuta?”

8“Il-qalb u l-fwied tal-ħuta,” wieġbu l-anġlu, “taħraqhom quddiem xi ħadd, raġel jew mara, imħabbtin minn xi demonju jew spirtu ħażin u jaħrab minnu kull magħmul: ma jkun qatt aktar fih.

9Bil-marrara mbagħad togħrok għajnejn ta’ bniedem li fihom tkun trabbiet il-bjada, jew tonfoħ biha fuq il-bjada, u l-għajnejn ifiqu.”

L-anġlu jkellem lil Tobija fuq iż-żwieġ

10Daħlu l-Medja u kienu qrib Ekbatana.

11Mela Rafel qal liż-żagħżugħ: “Ħija Tobija.” “Hawn jien,” wieġbu. “Jenħtieġ,” qallu l-anġlu, “li l-lejl ngħadduh għand Ragħwel, qarib tiegħek li għandu bintu jisimha Sara.

12Ebda tifel ma għandu, u anqas tifla oħra ħlief din Sara. Int l-eqreb lejha fost l-irġiel kollha bid-dritt li teħodha, u għandek ukoll id-dritt li tiret kulma għandu missierha. It-tfajla għaqlija, qalbiena u sabiħa ħafna; u missierha bniedem ta’ unur.”; jaf ukoll li bintu lilek tmiss bi dritt aktar milli lil ħaddieħor. Issa isma’ minni, ħija, illejla nitkellmu fuq it-tfajla u ngħarrsuhielek, u meta nerġgħu lura minn Rages, neħduha u nwassluha magħna d-dar tiegħek.”

14Imbagħad Tobija wieġeb lil Rafel u qallu: “Ħija Għażarija, jiena smajt li din diġà żewġuha lil sebat irġiel, u li mietu fil-kamra tal-għarajjes; dak il-lejl stess li kienu jersqu lejha, kienu jmutu. U smajthom ukoll jgħidu li kien joqtolhom xi demonju.

15U issa jien nibża’ - għax id-demonju jħobbha u lilha ma jagħmlilha ebda deni, iżda joqtol lil min jersaq lejha; u missieri ma għandux ħliefi - nibża’ li mmut u nwassal il-ħajja ta’ missieri u ta’ ommi fil-qabar bl-għali tiegħi. Ma għandhomx tifel ieħor ħliefi biex jidfinhom.”

16“Ma tiftakarx it-twissija ta’ missierek,” wieġbu Rafel, “li ordnalek tieħu mara mid-dar ta’ missirijietek? Issa isma’ minni, ħija, taħseb xejn f’dan id-demonju, u ħudha. Jien naf li llejla stess jagħtuhielek b’martek., biex jinżlu fuqkom il-ħniena u s-saħħa. Tibżax, għalik kienet maħluqa mill-bidu, u int issalvaha, u tiġi miegħek. Jien naħseb li jkollok it-tfal minnha, li jkunu qishom ħutek; taħseb xejn.”

19U malli Tobija sama’ kliem Rafel, u li Sara kienet qariba tiegħu minn nisel dar missirijietu, ħabbha, u qalbu ntrabtet magħha.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help