ATTI TAL-APPOSTLI 8 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 8

1Sawl kien fehma waħda magħhom fil-mewt li tawh.

Sawl jippersegwita l-Knisja

Dak iż-żmien qamet persekuzzjoni kbira kontra l-Knisja f’Ġerusalemm. Barra mill-appostli kulħadd xtered fl-artijiet tal-Lhudija u tas-Samarija.Predikazzjoni fis-Samarija

4Imma dawk li xterdu bdew ixandru l-kelma kull fejn marru. qal lil Filippu: “Qum, mur u aqbad it-triq li tieħu lejn in-Nofsinhar minn Ġerusalemm għal Gaża.” Din hi fid-deżert.

27Filippu qam u telaq. Huwa u sejjer, jara raġel mill-Etjopja, ewnuku, uffiċjal għoli ta’ Kandaċi, sultana tal-Etjopja, li kien jieħu ħsieb it-teżori kollha tagħha. Dan kien ġie Ġerusalemm biex jagħti qima lil Alla.

28Huwa u sejjer lura, kif kien bilqiegħda fuq il-karru tiegħu, kien qiegħed jaqra l-ktieb tal-profeta Isaija.

29Imbagħad l-Ispirtu qal lil Filippu: “Mur ersaq maġenb il-karru.”

30Filippu mar jgħaġġel lejn ir-raġel. Kif semgħu jaqra l-ktieb tal-profeta Isaija staqsieh: “Dan li qed taqra qiegħed tifhmu?”

31Dak wieġbu: “Kif nista’ nifhem jekk xi ħadd ma jurinix?” Imbagħad stieden lil Filippu biex jitla’ bilqiegħda ħdejh.

u bħal ħaruf sieket quddiem min iġiżżu,

hekk hu ma fetaħx fommu.

33 Għakksuh u kien imċaħħad mill-ġustizzja.

Min qatt jista’ jirrakkonta fuq nislu?

Għax neħħewlu ħajtu minn fuq l-art.’

34Mela qal l-ewnuku lil Filippu: “Għidli, nitolbok, għal min qiegħed jgħid dan il-profeta? Għalih innifsu jew għal xi ħadd ieħor?”

35Imbagħad Filippu fetaħ fommu u beda minn din is-silta tal-Iskrittura jxandarlu l-Evanġelju ta’ Ġesù.

36Huma u sejrin għal għonq it-triq, waslu f’post fejn kien hemm l-ilma. U l-ewnuku qal: “Ara, hawn l-ilma! X’qiegħed iżommni li ma nitgħammidx?”; huwa u għaddej minn dawk l-inħawi, kien ixandar l-Evanġelju f’kull belt sakemm wasal Ċesarija.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help