L-GĦANJA TAL-GĦANJIET 8 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 8

1Mhux li kont ħija,

li rdajt minn sider ommi!

Għaliex jekk barra kont niltaqa’ miegħek,

kont nista’ nbusek bla ma jregħexni ħadd.

2U kont inġagħlek tidħol fid-dar t’ommi,

int kont tħarriġni!

U jiena nbid imħawwar kont nisqik,

għasir ir-rummien tiegħi.

3- Bi driegħu tax-xellug iwieżen rasi,

u bil-lemin jgħannaqni.L-għarus

4Bniet ta’ Ġerusalemm, nitlobkom b’ħerqa,

la tqajmux le, la tqajmux l-imħabba,

qabel ma jogħġob lilha.

Għeluq: Ir-RabtaL-Għarusa

6Qegħedni bħal siġill fuq qalbek,

siġill fuq driegħek.

Għaliex bħall-mewt qawwija l-imħabba;

daqs Art l-Imwiet hi kiefra l-għira;

ix-xrar tagħha xrar tan-nar,

nar tal-Mulej.

7Ilmijiet kbar mhuma sa jaslu qatt

biex jitfu l-imħabba,

lanqas ix-xmajjar ma jġorruha magħhom.

Il-bniedem li jrid jagħti

l-ġid kollu ta’ daru

biex jixtri l-imħabba

tmaqdir isib.Żjieda

8Oħtna żgħira, u ħobb ma għandhiex.

X’se nagħmlulha lil oħtna dakinhar li jkun hemm min jistaqsi għaliha?

9Jekk inhi sur, nibnulha rampa tal-fidda;

jekk inhi bieb, nagħmlulha injam taċ-ċedru.

10“Jiena sur, u sidri bħal torrijiet;

ġa sirt f’għajnejh bħal waħda li sabet is-sliem.”

Id-dwieli ta’ Salamun

11Salamun kellu għalqa tad-dwieli f’Bagħal-ħamon;

din l-għalqa ħallieha f’idejn l-għassiesa,

u kull wieħed kellu jagħtih il-frott tiegħu:

elf biċċa tal-fidda.

12L-għalqa tiegħi tad-dwieli,

li hi tiegħi, tinsab quddiemi:

Salamun, l-elf biċċa għalik,

u mitejn għal dawk

li jgħassu l-frott tagħha.

Il-kunsens

13Inti li tgħammar fil-ġonna,

sħabi qegħdin b’widnejhom

miftuħa għal leħnek:

semmagħhuli!

14Aħrab, maħbub tiegħi,

kun ixbah lill-għażżiela,

inkella ’l ferħ iċ-ċriev,

fuq il-muntanji kollhom riħa tfuħ.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help