1U wlied Iżrael reġgħu għamlu l-ħażen f’għajnejn il-Mulej, u l-Mulej telaqhom f’idejn il-Midjanin għal seba’ snin.
2U id Midjan tqalet sewwa fuq Iżrael. Minħabba Midjan ulied Iżrael kellhom imorru joqogħdu fil-ħofor fil-muntanji, fl-għerien u l-fortizzi fuq l-għoljiet.
25U ġara li dak il-lejl qallu l-Mulej: “Ħu għoġol milli għandu missierek, it-tieni għoġol ta’ seba’ snin, u ħott l-artal ta’ Bagħal, li għandu missierek, u qaċċat ix-xbieha tal-Asera ta’ ħdejh.L-invażjoni tal-Midjanin
33Il-Midjanin ilkoll u l-Għamalekin u n-nies tal-Lvant inġabru, u ngħaqdu flimkien, u qasmu l-Ġordan, u waqqfu l-kamp fil-wita ta’ Ġisragħel.
34U l-ispirtu tal-Mulej ħataf lil Gidgħon, u dan daqq it-tromba, u nġemgħu l-Abigħeżrin għal warajh.Mħ 3,10.
35Bagħat ukoll messaġġiera għand Manassi, u dawn inġabru wkoll għal warajh; u messaġġiera oħra għand Aser u Żebulun u Naftali, u telgħu għal magħhom.Mħ 3,27; 7,23-24.
36U Gidgħon qal lil Alla: “Jekk inti se ssalva lil Iżrael permezz tiegħi kif għedtli,Mħ 6,17.
37arani, jien se nqiegħed din il-ġeżża suf fuq l-andar, jekk in-nida taqa’ fuqha weħidha, u l-art tibqa’ niexfa madwarha, jien inkun naf li int se teħles lil Iżrael permezz tiegħi kif għedtli.”
38U hekk ġara. L-għada bakkar, u għasar il-ġeżża, u ħarġet minnha daqs bieqja nida.
39U Gidgħon qal lil Alla: “La tisħonx għalija! Ħa nitkellem u nġarrbek darba oħra biss: Ħa jkun hemm l-inxief fuq il-ġeżża weħidha u n-nida fuq l-art.”
40U Alla għamel hekk matul il-lejl; u kien hemm l-inxief fuq il-ġeżża weħidha u nida fuq l-art kollha.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.