1U dakinhar jaqbdu seba’ nisa ma’ raġel wieħed u jgħidulu:
“Nieklu ħobżna u nxiddu lbiesna,
biżżejjed nissejħu b’ismek;
neħħi l-għajb minn fuqna.”
Il-glorja ta’ Ġerusalemm2Dakinhar
ir-rimja tal-Mulej tkun ġmiel u glorja,
u l-frott tal-art ikun kburija u żina tal-fdal ta’ Iżrael.
3U jiġri li min jibqa’ f’Sijon
u min jitħalla f’Ġerusalemm,
qaddis jissejjaħ,
min hu miktub għall-ħajja f’Ġerusalemm.
4Meta Sidi jkun naddaf il-ħmieġ tal-bniet ta’ Sijon,
u ħasel id-dmija ta’ Ġerusalemm minn ġo nofsha
b’ruħ il-ġustizzja u b’riħ il-qerda,
5joħloq il-Mulej
fuq il-medda kollha tal-muntanja ta’ Sijon,
u fuq in-nies miġmugħa fiha
sħaba binhar u duħħan,
u dija ta’ nar iħeġġeġ billejl,
għax fuq kollox tinfirex il-glorja
6bħal għarix għad-dell mis-sħana binhar
u kenn u lqugħ mill-irwiefen u x-xita.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.