1Dakinhar Tobit ftakar fil-flus li kien ħalla għand Gabajel f’Rages tal-Medja,
2u qal bejnu u bejn ruħu: “Arani, jien tlabt il-mewt. Għaliex ma nsejjaħx lil ibni Tobija u ngħidlu b’dawk il-flus, qabel ma mmut?”
3U sejjaħ lil ibnu Tobija u meta resaq ħdejh kellmu u qallu: “Meta mmut idfinni kif jixraq. Weġġaħ lil ommok u tabbandunaha qatt sakemm iddum ħajja. Agħmel kulma jogħġobha u ssewdilhiex qalbha bl-ebda ħaġa..
7“Mill-ġid li jkollok agħmel il-karità, u qatt tagħti b’nofs qalb. Iddawwarx ħarstek mill-ebda fqir, biex ma titwarrabx minnek il-ħarsa ta’ Alla.
12“Ħares lilek innifsek, ibni, minn kull żina, u qabelxejn sib mara minn nisel missirijietek. Teħux b’martek xi waħda barranija, li ma tkunx mit-tribù ta’ missirijietek, għax aħna wlied il-profeti. Ftakar, ibni, li Noè, Abraham, Iżakk, u Ġakobb, missirijietna, sa minn dejjem iżżewġu nisa minn nisilhom u sabu l-barka biex nisilhom jikseb l-art.
“Ħares lilek innifsek, ibni, f’kulma tagħmel, u ġib ruħek bħal wieħed imrobbi sewwa f’kull pass li tagħmel.
15Dak li tobgħod int, tagħmlux lil ħaddieħor. Tixrobx inbid sa tisker, għaliex is-sokor jimxi miegħek fi triqtek., u tagħtix minnhom lill-midinbin.
20“U issa ħallini ngħidlek bl-għaxar talenti tal-fidda, li kont ħallejt għand Gabajel, ħu Gabri f’Rages tal-Medja.
21Tibżax, ibni, li ftaqarna. Int għad ikollok ħafna ġid jekk int tibża’ minn Alla, taħrab id-dnub u tfittex tagħmel it-tajjeb quddiem il-Mulej, Alla tiegħek.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.