1U Sara laħqet l-għomor ta’ mija u sebgħa u għoxrin sena. Dawn kienu s-snin ta’ ħajjet Sara.
2U mietet Sara f’Kirjat-arba, li hi Ħebron, fl-art ta’ Kangħan. Abraham daħal jagħmel il-vistu għal Sara u jibkiha.
3Imbagħad Abraham qam minn quddiem il-mejta, u mar ikellem lil ulied Ħet u qalilhom:
4“Jien qiegħed ngħix magħkom, ta’ barrani u frustier. Agħtuni li jkolli qabar magħkom, u nidfen il-mejta tiegħi minn quddiemi.” ta’ beltu, u qallu:
11“Le, Sidi, ismagħni. L-għalqa nagħtihielek, u l-għar li hemm fiha nagħtihulek ukoll, nagħtihielek taħt għajnejn il-poplu tiegħi, u idfen il-mejta tiegħek.”
12U Abraham inxteħet wiċċu fl-art quddiem in-nies tal-pajjiż,
13u kellem lil Għefron li jisimgħuh in-nies tal-pajjiż u qallu: “Li kont tismagħni int ukoll! Jien lest inħallas il-flus tal-għalqa. Ħudhom mingħandi, u jien nidfen il-mejta tiegħi fiha.”
14U Għefron wieġeb lil Abraham u qallu:
15“Ismagħni, Sidi, l-art tiswa erba’ mitt xekel tal-fidda; x’inhi din is-somma bejni u bejnek? Mur idfen il-mejta tiegħek.”
16U Abraham sama’ minn Għefron; u wiżen Abraham lil Għefron il-fidda li kien qallu hekk li jisimgħuh ulied Ħet; erba’ mitt xekel tal-fidda li jiġru f’idejn in-neguzjanti.Atti 7,16.
17Hekk l-għalqa ta’ Għefron, li tinsab f’Makfela, biswit Mamri, l-għalqa u l-għar li hemm fiha, u s-siġar kollha li hemm fl-għalqa madwarha kollu,Ġen 49,29-30.
18għaddiet f’idejn Abraham b’xiri li sar taħt għajnejn ulied Ħet, quddiem dawk kollha li kienu deħlin mill-bieb tal-belt tiegħu.
19Wara dan, imbagħad, Abraham difen lil Sara, martu, fl-għar tal-għalqa ta’ Makfela biswit Mamri, li hi Ħebron, fl-art ta’ Kangħan.
20U għaddiet l-għalqa bl-għar li kien hemm fiha minn idejn ulied Ħet għal idejn Abraham, biex tkun tiegħu bħala post għad-dfin.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.