APOKALISSI 16 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 16

1U smajt leħen qawwi ġej mit-Tempju u jgħid lis-seba’ anġli: “Morru, ferrgħu s-seba’ bwieqi tal-korla ta’ Alla fuq l-art.”

2U l-ewwel wieħed mar u ferragħ il-bieqja tiegħu fuq l-art. U ġerħa kerha u ta’ wġigħ kbir ġiet fuq il-bnedmin li kellhom fuqhom il-marka tal-Bhima u fuq dawk li nxteħtu jqimu x-xbieha tagħha.

3U t-tieni wieħed ferragħ il-bieqja tiegħu fuq il-baħar. U dan sar qisu d-demm ta’ wieħed mejjet, u nqerdet kull ħliqa ħajja li kien hemm fil-baħar.

4Imbagħad it-tielet wieħed ferragħ il-bieqja tiegħu fuq ix-xmajjar u l-għejun tal-ilmijiet. U dawn saru demm.

5U smajt l-anġlu tal-ilmijiet jgħid:

“Ġust int, int li hu u li kien, Qaddis int,

għax għamilt ħaqq minn dawn;

6għax huma xerrdu demm il-qaddisin u l-profeti,

u lilhom tajthom demm x’jixorbu:

hekk ħaqqhom.”

7U smajt l-artal jgħid:

“Iva, Mulej, Alla li tista’ kollox, veri u ġusti huma l-ġudizzji tiegħek.”

8U r-raba’ wieħed ferragħ il-bieqja tiegħu fuq ix-xemx. U ngħata lilha li taħraq il-bnedmin bin-nar;

9u l-bnedmin inħarqu bi ħruq kbir, u bdew jidgħu bl-isem ta’ Alla li għandu s-setgħa fuq dawn il-kastigi, u ma nidmux biex jagħtuh glorja.

10Imbagħad il-ħames wieħed ferragħ il-bieqja tiegħu fuq it-tron tal-Bhima. U s-saltna tagħha ddallmet, u n-nies bl-uġigħ bdew igiddmu lsienhom bi snienhom,

12U s-sitt wieħed ferragħ il-bieqja tiegħu fuq ix-xmara l-kbira tal-Ewfrat. U l-ilma tagħha nixef, hekk li nfetħet triq għas-slaten tal-Lvant..

17U s-seba’ wieħed ferragħ il-bieqja tiegħu fl-ajru. U mit-Tempju, min-naħa tat-tron, ħareġ leħen qawwi jgħid: “Seħħ!”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help