2 KRONAKI 19 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 19Ir-riforma ta’ Ġosafat

1Ġosafat, sultan ta’ Ġuda, raġa’ lura bis-sliem lejn daru f’Ġerusalemm.

2U ħareġ jilqgħu Ġeħu bin Ħanani l-veġġent, u qal lis-sultan Ġosafat: “Kellek int tgħin lill-ħażin u tħobb lil min jobgħod il-Mulej? Minħabba f’hekk waqa’ fuqek l-għadab minn quddiem il-Mulej.

3Imma fik instabu wkoll ħwejjeġ tajba, għaliex int neħħejt ix-xbihat tal-Asera mill-pajjiż, u dawwart ’il qalbek biex tfittex ’l Alla.”

4U għammar Ġosafat f’Ġerusalemm, u raġa’ beda dieħel u ħiereġ fost il-poplu minn Birsaba sal-muntanji ta’ Efrajm u reġġagħhom lura għal għand il-Mulej, Alla ta’ missirijiethom.

5U qiegħed imħallfin fil-pajjiż fl-ibliet kollha ffortifikati ta’ Ġuda, belt belt.

6U Ġosafat qal lill-imħallfin: “Araw xi tkunu tagħmlu, għax m’intomx tiġġudikaw f’isem il-bnedmin, imma f’isem il-Mulej, u hu jkun magħkom meta tiġġudikaw.

8F’Ġerusalemm ukoll Ġosafat qiegħed xi wħud mil-Leviti u l-qassisin u l-kapijiet tal-familji ta’ Iżrael għall-ġudizzju tal-Mulej, u għat-tilwim bejn in-nies li jgħammru f’Ġerusalemm.Dt 17,8-13; S 122,3-5.

9U hu ordnalhom u qalilhom: “Hekk għandkom tagħmlu bil-biża’ tal-Mulej, u bil-fedeltà u b’qalb sħiħa.

10F’kull tilwima li tiġi quddiemkom minn fost ħutkom li jgħammru fi bliethom, fuq tixrid ta’ demm, liġi, kmandamenti, preċetti jew digrieti, wissuhom biex ma jkunux ħatja quddiem il-Mulej, u ma jaqax l-għadab fuqkom u fuq ħutkom. Agħmlu dan u ma tidinbux.Num 35,19.

11U, araw, hemm Amarija, il-qassis il-kbir, fuqkom f’dak kollu li għandu x’jaqsam mal-Mulej, u Żebadija bin Ismagħel, prinċep tad-dar ta’ Ġuda, għal kulma għandu x’jaqsam mas-sultan; il-Leviti jkunu għas-servizz tagħkom. Agħmlu l-qalb u aħdmu. Ikun il-Mulej mat-tajjeb.”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help